Qorti
Multa ta’ €25 miljun wara li evadew ħlas ta’ dazju fuq sigaretti

Żewġ kuġini weħlu 15-il xahar ħabs kull wieħed sospiżi għal tliet snin u mmultati €25 miljun bejniethom, wara li nstabu ħatja ta’ evazjoni tad-dazju tas-sisa fuq sigaretti.

Sa fejn huwa magħruf, il-multa ta’ €25 miljun hija l-akbar multa li qatt ingħatat mill-qrati Malti. Mis-sentenza joħroġ li terz ta’ din il-multa hija dejn ċivili jiġifieri tintiret fuq il-werrieta tagħhom.

L-akkużati kienu tlieta, imma wieħed minnhom, Lino Attard laħaq miet. Ibnu Keith Attard ta’ 56 sena u kuġinuh Marvin Mackay ta’ 46 sena nstabu ħatja bi frodi u b’kutrabandu ta’ sigaretti bil-każ imur lura għall-2007.

Huma kienu importaturi tas-sigaretti.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

It-tabib tal-emerġenza, Michael Spiteri esprima d-diżżapunt tiegħu fuq il-media soċjali għall-fatt li lbieraħ filgħaxija partitarji tal-Floriana inġabru f’attività tal-massa fuq il-Fosos, sabiex jiċċelebraw id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol li vvutaw…

COVID-19

Il-Coronavirus qed jolqot sew l-Amerka Ċentrali li saret l-epiċentru tal-pandemija. Fi Gwatemala, żewġ saċerdoti missjunarji Għawdxin qalu li fl-aħħar ġimgħat, il-faqar kompla jgħolli rasu b’saħanisitra familji qed itajru bandiera bajda…

COVID-19

Sidien ta’ ristoranti li fetħu fi tmiem il-ġimgħa wara aktar minn xahrejn magħluqa qalu lil TVM li minkejja li kien bidu kwiet, iħossuhom pożittivi għaliex il-klijenti qed juru sinjali ta’…

Aktar