Multa ta’ €3,800 għal Sirjan li nqabad bid-droga u m’obdiex lill-pulizija

Sirjan ta’ 20 sena mis-Sirja tqiegħed taħt ordni ta’ probation għal sentejn u weħel multa ta’ €3,800 wara li ammetta li kellu fil-pussess tiegħu r-raża tal-kannabis u li hedded lil uffiċjal pubbliku fil-Gżira l-bieraħ.

Alnafouri Mohamad Nour li joqgħod San Ġwann, ammetta li ma obdiex l-ordnijiet li ngħata mill-Pulizija, li kiser il-kwiet u l-bon ordn b’għajjat u ġlied u li għamel ħsara fil-ħwejjeġ ta’ ħaddieħor.

Huwa kien arrestat meta l-Pulizija kienu qed jagħmlu ronda tas-soltu u f’ħin minnhom raw karozza ta’ kulur griż li kien qed isuq l-akkużat mingħajr ma kien liebes ċinturin tas-sigurtà.

Hekk kif il-Pulizija saqu warajh, is-Sirjan deher jarmi xi ħaġa mit-tieqa tan-naħa tiegħu.

 

Il-Pulizija segwew lis-Sirjan sakemm waqqfuh u meta kienu se jarrestawh, Nour deher jipprova jeħles minn xi affarijiet.

Filwaqt li Pulizija minnhom baqa ma’ Nour, l-ieħor mar iġib il-vettura.

F’ħin minnhom l-akkużat ta s-salt lill-Pulizija u b’siequ laħaq waħda mill-istrixxi tal-foil li kien rema u pprova jgħaffiġha.

Aħbarijiet Oħra

Dokumentarju ta’ Television Malta tefa’ dawl ġdid fuq kif mijiet ta’ eks tarznari kienu esposti għall-asbetos u żviluppaw kumplikazzjonijiet mediċi fosthom kanċer tar-rita tal-pulmun. Ħaddiema rrakuntaw li min fittex lill-kumpaniji…

Il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista qalet li fit-tieni jum tal-votazzjoni bikrija tal-elezzjoni għal Kap tal-Partit ivvotaw 32% tat-tesserati eleġibbli li jivvotaw. B’hekk, it-total ta’ dawk li vvutaw s’issa bejn il-bieraħ u…

F’messaġġ rekordjat lill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda, il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-pandemija tal-Covid-19 laqtet is-sistemi tas-saħħa, l-ekonomiji u s-soċjetajiet dinjija. Qal li hu għalhekk li l-pajjiżi l-iżjed milquta u…

Il-Gvern illejla ħabbar tisħiħ fil-miżuri ta’ kontinġenza fil-qasam tad-djar tal-anzjani. Is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva qal li meta jiġi identifikat każ pożittiv f’dar tal-anzjani, dak ir-resident se jintbagħat fl-isptar Pawlu Boffa…

Aktar