Lokali
Multa ta’ €900 għal 2 tfajliet Ingliżi li ġew Malta bil-virus u b’ċertifikat falz tal-Covid

Kienna Leah Lily Barns u Victoria Chidiebere Ajudia, żewġ tfajliet Ingliżi li għandhom 21 sena u 23 sena rispettivament, ingħataw multa ta’ €900 kull wieħed wara li nstabu ħatja li vvjaġġaw lejn Malta b’ċertifikat falz tat-test tal-Covid.

Il-prosekuzzjoni qalet li mal-wasla tagħhom f’Malta mir-Renju Unit fit-22 ta’ Lulju, l-awtoritajiet intebħu li ċ-ċertifikat tagħhom kien qed juri informazzjoni falza.

Mill-iswab test li sarilhom instab li kienu fil-fatt pożittivi għall-Covid.

It-tfajliet dehru mbikka fil-qorti hekk kif talbu apoloġija u qalu li jiddispjaċihom għal għemilhom.

L-avukat tagħhom qal li filwaqt li ma messhomx vvjaġġaw biċ-ċertifikati foloz, iż-żewġ tfajliet rrealizzaw li poġġew saħħithom u saħħet ħaddieħor fil-periklu, u ħallsu għall-ispejjeż tagħhom f’Malta anki waqt li damu kwarantina.

Huma kienu wkoll pprojbiti milli jivvjaġġaw lejn Malta jew xi pajjiż tal-Unjoni Ewropea għat-tliet snin li ġejjin.