Multa talli bagħatlu messaġġ ta’ theddid bil-mewt

Raġel mill-Eritrea li bagħat messaġġ lil raġel ieħor li bih heddu li joqtlu u sfidah għal ġlieda biex imorru l-ħabs flimkien, weħel multa ta’ €200.

Siem Iseyas Araya ta’ 25 sena li jgħix l-Imsida, qal lill-Maġistrat Miriam Hayman li theddida bħal din kienet aċċettabbli f’pajjiżu u ma kienx jaf li hija xi ħaġa illegali f’Malta.

Il-Maġistrat qaltlu li theddida hekk mhi aċċettabbli bl-ebda pajjiż demokratiku.

Huwa wieġeb li huwa ħati talli uża ħażin tagħmir li bih jikkomunika.