Qorti
Multa u liċenzja sospiża wara li sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi

Marlon Camilleri ta’ 33 sena kien immultat u kellu l-liċenzja tas-sewqan sospiża wara li nstab ħati li weġġa’ gravi raġel ieħor kawża ta’ sewqan traskurat.

L-inċident seħħ fi Frar 2013 f’Ħaż-Żebbuġ, meta Mario Attard kien qed isuq mutur fi Vjal il-Ħelsien. F’daqqa u l-ħin minn fuq Stop Sign ta’ triq fil-ġenb ħarġet vettura misjuqa minn Camilleri, li Attard spiċċa baqa’ dieħel fiha.

Kawża tal-ħabta Attard sofra ksur fil-kustilji u ħsara f’dahru u f’idejh, u sa xhur wara l-inċident kien għadu jirċievi t-terapija.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, m’emmnitx li Camilleri kien ħareġ ftit ‘il barra biss biex jittawwal, għaliex id-daqqa tal-mutur kienet fil-bieba tax-xufier, u mhux fil-mud guard jew fil-bumper.

Il-Qorti qalet li Camilleri ma kienx qiegħed attent biżżejjed, u dan jikkostitwixxi sewqan traskurat. Huwa kien għalhekk ikkundannat multa ta’ €1,000 u kellu l-liċenzja sospiża għal tliet xhur.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Pierre Darmanin weħel €8,000 multa bħala protezzjoni fil-konfront ta’ Rachel Darmanin u familtha wara li heddidha bil-kliem permezz ta’ mezzi teknoloġiċi, talli taha fastidju u kkaġunalha biża’ li se tintuża vjolenza…

Kultura

W’Oz hija l-produzzjoni teatrali annwali tal-Junior College mżewqa b’kant, reċtar u żfin, għal tmiem din il-ġimgħa fit-teatru tal-kulleġġ fl-Imsida. Is-soirée W’Oz! huwa bbażat fuq il-ktieb li jirrakkonta l-istorja ta’ Dorothy…

Kronaka

Sid ta’ dar flimkien mal-annimali domestiċi tiegħu nħarġu mid-dar wara li żviluppa nar fil-garaxx tar-residenza fi Triq il-Ħida San Ġwann. Jirriżulta li n-nar beda għall-ħabta tal-9.45pm tal-bieraħ filgħaxija u oriġina…

Kronaka

Żvediż ta’ 22 sena residenti Tas-Sliema ġarrab ġrieħi serji wara li waqa’ għoli ta’ tliet sulari. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5.30am fi Triq Depiro Tas-Sliema stess. Mill-ewwel stħarriġ tal-pulizija irriżulta li…

Aktar