Qorti
Multa u sentenza sospiża wara li xerred ritratti sesswali tal-ex sieħba tiegħu

Indjan ta’ 31 sena li jgħix u jaħdem Malta  ammetta li qassam ritratti sesswali privati tal-ex sieħba tiegħu mingħajr il-kunsens tagħha.

L-avukat Roberta Bonello spjegat li s-sitwazzjoni kienet kumplikata u hija relazzjoni li marret ħażin ħafna. Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech qalet li b’dawn it-tip ta’ ritratti qed narmu l-modesta barra mit-tieqa u li m’għandhomx jittieħdu u jitqassmu.

L-akkużat weħel €6,500 li jrid iħallas fi żmien sena u sentejn ħabs sospiżi għal erbgħa. Il-Maġistrat ordnatlu biex ma jkellimx lit-tfajla u lanqas lis-sieħeb tagħha.

Bil-għan li tipproteġġi l-identità tal-vittma, il-Maġistrat ipprojbixxiet il-pubblikazzjoni ta’ isem l-akkużat u l-vittma.