Qasam soċjali
Mument ta’ sfida għad-Dar tal-Providenza – Fr Martin qed jirċievi kura għall-kanċer

Matul il-pandemija tal-coronavirus, l-ispejjeż tad-Dar tal-Providenza żdiedu b’aktar minn sittin elf ewro biex għamlu tajjeb għal diversi miżuri biex jitħarsu r-residenti u l-impjegati.

L-amministratur tad-dar, Nadine Camilleri Cassano, spjegat li fost oħrajn inxtraw smartphones biex ir-residenti żammew kuntatt mal-qraba u l-ħbieb, li ma setgħux iżuruhom. Sar ukoll investiment f’sistemi teknoloġiċi, inxtara tagħmir protettiv għall-ħaddiema li jkunu f’kuntatt mar-residenti u ġie provdut trasport lill-ħaddiema li ma jsuqux.

Id-Dar tal-Providenza llum laqgħet lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, li qalet li Malta rnexxielha tikkontrolla l-virus għax kull entità, inkluż din id-Dar, għamlu dak kollu li setgħu biex jipproteġġu lir-residenti tagħhom.

L-amministratur tad-dar irrimarkat li dan kollu seħħ fl-istess ħin li d-donazzjonijiet naqsu drastikament/ Għal dan il-għan, id-Dar tal-Providenza nediet il-kampanja “Sabiħ Li Tagħti” li se tibqa’ sejra sal-ewwel jum tas-sena d-dieħla bil-għan li jinġabru fondi għad-dar li teħtieġ aktar minn 5 miljun ewro fis-sena.

Jes Saliba, membru tal-Bord tad-Diretturi tad-Dar tal-Providenza, qal li dan huwa mument ta’ sfida u diffiċli għad-dar għax id-Direttur, Fr Martin Micallef, se jkun qed jingħata l-kura għal kanċer, li ntqal jitfejjaq. Qal li fin-nuqqas ta’ Fr Martin, l-amministrazzjoni se tagħmel l-almu tagħha biex tkompli tagħti l-aħjar servizz lill-115-il resident.

“Irridu nilbsu u mmexxu ‘l quddiem il-ħidma li żera’ fina Fr Martin fil-mument li issa għandu bżonn jagħti kas ftit iktar tiegħu wara li ta ħajtu jagħti kas lil ħaddieħor,” qal Jes Saliba.

B’effett tal-pandemija, din is-sena kellha titħassar il-maratona tal-volleyball li waħedha kienet tħalli lid-Dar tal-Providenza aktar min-nofs miljun ewro. Iċ-chairman tal-maratona u membru fil-bord tad-diretturi, Manwel Zammit, qal li din kienet daqqa oħra finanzjarja. “Sinċerament kienet ħafna diffiċli għal ħafna għanijiet mhux inqas minħabba l-finanzi tad-Dar li għal din is-sena minħabba l-COVID-19 żdiedu l-ispejjeż.”

L-informazzjoni dwar id-donazzjonijiet tinsab fuq sabihlitaghti.org 

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia sejjaħ laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv li se ssir bħal-lum ġimgħa. Fost it-temi fuq l-aġenda hemm imniżżla l-punti, ‘Qagħda Politika’ u ‘Azzjoni Konkreta’. Intant, TVM jinsab infurmat…

Ambjent

Il-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar ippospona d-deċiżjoni fuq l-applikazzjoni għall-bini ta’ supermarket tal-Lidl fi Triq Ħ’Attard Ħaż-Żebbuġ li huwa ppjanat li jsir fuq medda art ta’ 2,200 metru kwadru flimkien ma’ parkeġġ…

Turiżmu

Skont studju kkummissjonat mill-MHRA, sitta fil-mija tal-lukandiera f’Malta jemmnu li sa tmiem is-sena d-dieħla t-turiżmu jista’ jirkupra għal kif kien qabel il-pandemija tal-COVID-19. 17% qalu li n-numri tat-turisti tas-sena li…

Aktar