Munita tal-fidda biex tfakkar il-50 anniversarju mill-Indipendenza

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta se joħroġ munita tal-fidda li tfakkar il-50 anniversarju mill-Indipendenza ta’ Malta. Il-munita li għandha valur nominali ta’ €10 se toħroġ it-Tnejn li ġej.

Fi stqarrija l-Bank Ċentrali ta’ Malta qal li l-munita nħadmet fir-Royal Dutch Mint f’0.925 fidda, tiżen 28.28 grammi u għandha dijametru ta’ 38.61 mm. Il-munita hi maħduma f’verżjoni proof u l-istampar tagħha hu limitat għal 5,000 munita. Il-munita ġiet iddisinjata u mnaqqxa minn Noel Galea Bason.

independence_obvIl-faċċata ta’ wara tal-munita turi l-ewwel Prim Ministru ta’ Malta Indipendenti, Dr Ġorġ Borg Olivier, ixejjer id-dokumenti tal-Kostituzzjoni tal-Indipendenza li ġew ippreżentati lilu mid-Duka ta’ Edinburgh waqt ċerimonja pubblika li saret fil-Furjana fil-21 ta’ Settembru 1964, l-ewwel ġurnata ta’ Malta bħala stat indipendenti mill-Gran Brittanja.

Il-faċċata ta’ quddiem tal-munita turi l-emblema tal-Università tal-Imdina, li kienet kunsill amministrattiv imwaqqaf fl-Imdina stess fiż-żminijiet medjevali. Din kienet forma ta’ gvern awtonomu mogħti lill-Maltin mill-Viċirè ta’ Sqallija fis-seklu ħmistax. L-emblema bajda u ħamra, li hi riprodotta bil-kulur fuq il-munita, tirrappreżenta l-għeruq storiċi tal-identità nazzjonali ta’ Malta.

Il-muniti jistgħu jinxtraw mill-Malta Coins Distribution Centre fil-bini prinċipali tal-Bank Ċentrali ta’ Malta ġewwa l-Belt Valletta, jew billi timtela l-formola li tinsab fuq is-sit tal-Bank.

Aħbarijiet Oħra

Il-Qorti Kriminali ordnat l-iffriżar tal-assi kollha tal-eks chief of staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Keith Schembri, ta’ martu, tal-Managing Partner ta’ Nexia BT Brian Tonna, ta’ Karl Cini u ta’ għadd…

Wara li l-ġimgħa li għaddiet bdew jiċċirkolaw ritratti fuq il-midja soċjali ta’ żewġ persuni fuq is-saqaf ta’ karozza tal-linja fil-Ħamrun, issa qed jiċċirkola wkoll filmat ta’ żewġ ġuvintur fuq saqaf…

L-ispazju hu biċċa uġigħ ta’ ras ukoll fil-mużewijiet. Fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti, MUŻA, fil-Belt hemm kollezzjoni ta’ riżerva fejn jinżammu bosta oġġetti preġjati li iżda mhemmx spazju fejn jiġu esebiti –…

Imnedija t-30 edizzjoni tal-Malta Journalism Awards, bi 18-il kategorija maħsuba biex jippremjaw l-isforzi tal-ġurnalisti fil-ħidma tagħhom u fl-istess waqt ikompli jgħolli l-livell tal-ġurnaliżmu lokali.  Il-Kummissjoni Malta Journalism Awards fi ħdan…

Aktar