Lokali
Muniti li jfakkru 50 sena mit-twaqqif tal-Bank Ċentrali ta’ Malta

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta er joħroġ muniti numiżmatiċi tad-deheb u l-fidda biex ifakkar il-ħamsin annivesrarju fis-17 ta’ April 2018.

Il-muniti tad-deheb għandhom valur nominali ta’ €100, filwaqt li l-muniti tal-fidda għandhom valur nominali ta’ €10. Dawn il-muniti huma valuta legali f’Malta biss.

Il-munita tal-€10, li l-istampar tagħha hu limitat għal 2,500 munita, hi maħduma f’0.925 fidda. Il-munita tiżen 28.28 grammi u għandha dijametru ta’ 38.61 millimetru. Il-munita tal-€100 hi maħduma f’0.999 deheb, tiżen 15-il gramma u għandha dijametru ta’ 26 millimetru. L-istampar hu limitat għal 50 munita biss.

Il-muniti huma maħduma fil-verżjoni proof, u ġew iddisinjati u mnaqqxa minn Noel Galea Bason, u maħduma fir-Royal Dutch Mint. Fuq in-naħa ta’ wara tal-munita hemm rappreżentazzjoni tal-faċċata ta’ Binja Laparelli, il-binja l-ġdida tal-Bank li tinsab f’St James’s Counterguard ġewwa l-Belt Valletta.

Il-muniti juru wkoll il-logo tal-ħamsin anniversarju ddisinjat minn Michael Grech u Daniel Galea mill-MCAST Arts and Design Institute. Partijiet mill-munita tal-fidda ġew miksija bid-deheb. Din hi l-ewwel darba li teknika bħal din ġiet użata fuq muniti numiżmatiċi Maltin.

In-naħa ta’ quddiem tal-muniti turi l-istemma araldika ta’ Malta flimkien mad-denominazzjoni tal-muniti.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Id-dislessja – kundizzjoni li tfixkel lill-persuna biex titgħallem taqra minhabba li ma tagħrafx uħud mill-ittri u simboli, hi meqjusa bħala ostaklu fil-proċess edukattiv, għalkemm illum hemm mezz ta’ għajnuna biex…

Annimali

Liġi ġdida qed toffri aktar setgħa fil-ħarsien tal-annimali, partikolarment il-klieb li kienu jinżammu marbutin il-ħin kollu b’katina, billi dan il-kunċett issa hu projbit. Madanakollu, id-Direttur għall-Ħarsien tal-Annimali saħaq li l-klieb…

Statistika

Illum huwa l-Jum Ewropew tal-Istatistika, li qed jiġi ċċelebrat għat-tielet darba. Dan il-jum joħroġ aktar fid-deher il-valur tal-istatistika uffiċjali, li f’Malta tinġabar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Tliet snin bogħod mill-akbar eżerċizzju…

Infrastruttura

Simpożju organizzat minn Wirt Iż-Żejtun iffoka fuq l-iżvilupp matul iż-żminijiet tar-raħal Malti, fost l-oħrajn bis-sehem ta’ professur Ingliż, li rriċerka dwar l-irħula Maltin. Fis-simpozju, il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici ħabbar li…

Aktar