Kronaka
AĠĠORNAT: Sewwieq ta’ mutur l-isptar wara inċident fil-mini ta’ Santa Venera

Raġel ta’ 41 sena minn Ħaż-Żabbar, li kien qed isuq mutur ta’ Transport Malta, ittieħed l-Isptar wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ bejn mutur u karozza taħt il-mini ta’ Santa Venera direzzjoni lejn l-Imsida.

Il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 44 sena residenti l-Ħamrun.

Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.