Kultura
Oġġetti mill-kollezzjoni tal-Kaptan Jacques Cousteau se jiġu esebiti f’Malta

Fil-Mużew Marittimu fil-Birgu se jkun hemm esebizzjoni li tiċċelebra l-legat tal-esploratur marittimu, Jacques Cousteau, u l-konnessjoni tiegħu ma’ Malta permezz tal-vapur ‘Calypso’, li wara li baħħar bi vjaġġi bejn Malta u Għawdex spiċċa f’idejn dan l-esploratur Franciż fil-bosta avventuri tiegħu.

Jacques Cousteau kien uffiċjal Navali Franċiz, esploratur, konservazzjonista, produttur tal-films, innovatur, xjenzat, fotografu, awtur u riċerkatur li studja l-baħar u l-kreaturi akwatiċi.

Kien strumentali, fost oħrajn, biex jiżviluppa l-Aqua Lung, u kkontribwixxa qatigħ biex ikattar l-istudju dwar il-ħajja marittima.

Il-konnessjoni ta’ Cousteau ma’ Malta kien il-vapur Calypso li utilizza f’ħafna mill-missjonijiet tiegħu. Dal-vapur kien tan-navy Ingliża, sakemm inxtara minn imprenditur Malti u għal erba’ xhur serva bħala vapur għall-ġarr tal-passiġġieri u l-posta bejn Malta u Għawdex. Cousteau akkwista l-vapur biex iwettaq riċerka marittima.

Bintu, Diane Cousteau, qalet li l-baħar kien bħal kalamita għal Cousteau, u kellu xewqa li jfiehem lill-pubbliku dwar kunċetti fl-ambjent marittimu.

“We’re going to do an exhibition about the history about Jacques Cousteau’s ship Calypso… and this is a ship that my father found in Malta, and this is where the ship received her name, so it seems like it’s the perfect place to tell the story about the ship,” qalet Diane Cousteau.

Il-vapur Calpyso sar ikona fil-vjaġġi ta’ Cousteau, u meta fl-1996 għereq f’inċident f’Singapore, huwa eventwalment kien irranġat. Il-Kaptan Cousteau, li tul l-karriera tiegħu pproduċa aktar minn 120 film u iżjed minn 50 ktieb, miet sena wara l-incident, fl-età ta’ 87 sena.

Il-konnessjoni tal-esploratur Franċiż ma’ Malta se tkun issiġġilata b’kollaborazzjoni bejn Heritage Malta u l-Fondazzjoni Cousteau, li fl-2021 se jesebixxu fil-Mużew Marittimu fil-Birgu għażla ta’ oġġetti li kienu jintużaw mill-Kaptan Cousteau. L-esebiti se jinkludu majjiera tal-injam li ttieħdet mill-vapur Calyspo, li se tkun mogħtija lil Heritage Malta biex tifforma parti mill-kollezzjoni nazzjonali.

Il-Ministru tal-Ġustizzja u Kultura, Owen Bonnici, qal li l-esebizjoni se tkompli ssaħħaħ ir-reputazzjoni ta’ Malta fil-qasam tal-istorja marittima. Qal li permezz tal-esebizzjoni, il-mużew se jiddiskuti temi bħat-tniġġis tal-baħar u aspetti oħra relatati mal-ħajja tal-baħar u l-importanza tal-oċeani.

“Bis-saħħa ta’ ftehim li għamilna mal-familja ta’ Jacques Cousteau, kulħadd jiftakar l-episodji tal-kaptan Cousteau, nistgħu dan il-post nittrasformawh f’post li jkun uniku fid-dinja għax ikun il-post li jagħti esperjenza li normalment trid issiefer barra minn Malta biex tgawdiha,” qal il-Ministru.

L-esebizzjoni se tkun għall-wiri fl-2021 meta jintemmu x-xogħlijiet ta’ estensjoni fil-Mużew Marittimu.

Aħbarijiet Oħra
Partit Laburista

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Joseph Muscat qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jitlob inkjesta bil-Maġistrat fuq l-allegazzjonijiet li saru dwaru, li qed jimplikaw li hemm firem foloz tiegħu sabiex ikun…

Kronaka

Mara ta’ 59 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4am fi Triq Santa Katerina, ix-Xewkija. Minn investigazzjonijiet preliminari illi saru mill-Pulizija tad-Distrett irriżulta…

Lokali

2 persuni ġew arrestati wara li ntlemħu jaġixxu b’mod suspettuż viċin karozza fil-Gżira. Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-1.55am, il-Pulizija ġiet infurmata li żewġ persuni kienu qed jaġixxu b’mod suspettuż viċin karozza…

Lokali

Stephanie Galea, omm ta’ żewġt itfal miż-Żurrieq hija r-rebbieħa ta’ Mrs Malta 2019. Galea ħadet sehem ilbieraħ filgħaxija fil-konkors Mrs Malta. Fl-ewwel kummenti rringrazzjat lill-familja kollha tagħha li tawha l-appoġġ….

Aktar