Kurżitajiet
Mużew tal-arti f’Firenze jwissi sit pornografiku talli uża xena minn pittura

Il-Galleria degli Uffizzi, mużew rinomat f’Firenze, wissa lis-sit pornografiku Pornhub li lest jieħu passi kontrih jekk juża mingħajr permess opri tal-arti li hemm fil-mużew.

Il-kontroversja nqalgħet wara li l-Pornhub iddeċieda li jagħmel sezzjoni b’arti erotika b’rabta ma’ mużewijiet magħrufa.

Is-sit uża lill-eks-attriċi pornografika Ilona Staller, magħrufa bħala Cicciolina, biex tippoża bħall-pittura “It-Twelid ta’ Venus” tal-artist magħruf Sandro Botticelli.

Dan xejn ma niżel tajjeb mal-mużew ta’ Firenze li ħareġ twissija lill-kumpanija MindGeek Holding, ibbażata fil-Lussemburgu, li tmexxi s-sit.