Mużewijiet fiċ-Cittadella miftuħa għall-pubbliku bla ħlas nhar is-Sibt

Minbarra l-opportunitá li jżur u jgawdi x-xogħol ta’ restawr li sar fuq iċ-Cittadella, nhar is-Sibt li ġej il-pubbliku se jkollu l-opportunitá wkoll iżur b’xejn il-mużewijiet u s-siti storiċi ta’ Heritage Malta f’din il-belt storika waqt l-attivitá ‘Swar u Ħajja’. Din l-inizjattiva hija parti mill-attivitajiet kulturali li se jkunu qegħdin jiċċelebraw il-programm estensiv ta’ restawr u tisbiħ fuq din il-belt storika Għawdxija.

14886c22-6506-4916-8faf-7efb4d9fb64d

Heritage Malta b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex, se tkun qed tiftaħ dawn il-mużewijiet u siti: il-Mużew tal-Arkeoloġija t’Għawdex, il-Ħabs l-Antik, il-Mużew tal-Istorja Naturali t’Għawdex u d-dar storika tal-Gran Castello li ġiet rinnovata wkoll dan l-aħħar u li qabel kienet magħrufa bħala l-Mużew tal-Folklor.

Id-Dar Gran Castello se tospita wkoll diversi snajja’ fosthom l-insiġ tal-qoton, xogħol tal-bizzilla, u għażil fost oħrajn.

Il-ħinijiet tal-ftuħ tal-mużewijiet u s-siti storiċi ta’ Heritage Malta fiċ-Cittadella se jkunu bejn is-7.30 pm u nofsillejl, bl-aħħar dħul ikun fil-11.30 pm.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-GRTU qalet li se tagħti l-aħħar ta’ din il-ġimgħa biex jingħalqu d-diskussjonijiet dwar il-kwistjoni li żviluppat fuq il-pompi tal-petrol. Fi stqarrija, il-GRTU qalet li lbieraħ saret laqgħa mal-Ministru għall-Enerġija  Joe Mizzi…

Ikel

X’jagħmel lill-ftira daqstant speċjali u x’qed isir biex tiddaħħal fil-lista tal-UNESCO bħala wirt kulturali Intanġibbli? Ftira friska u tqarmeċ imħawra jagħmlu l-ftira biż-żejt mill-aktar appetituża u mfittxija għal ikla ta’…

Kronaka

Mara ta’ 56 sena mill-Kalkara sofriet ġrieħi ta’ natura gravi wara li ntlaqtet minn karozza. Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-6pm fi Triq in-Nevew, f’Ħaż-Żabbar. Il-Pulizija tad-Distrett marru…

Aktar