Lokali
‘Mużika Mużika – Il-Vjaġġ Ikompli’ jibda minn għada

‘Mużika Mużika – Il-Vjaġġ Ikompli’ huwa inizjattiva ġdida ta’ Festivals Malta f’forma ta’ programm televiżiv li jagħti opportunità lil seba’ kantanti ġodda ta’ bejn is-16 u l-21 sena biex jirbħu post fis-semifinali ta’ Mużika Mużika 2022.

L-għan ta’ dan il-programm huwa li jsir investiment fl-artisti ta’ għada, billi dawn jiġu ppreparati għall-industrija permezz ta’ taħriġ speċjalizzat.

L-esperjenza tagħhom matul dan il-programm se tkun akkumpanjata minn mentors, coaches u nies professjonali fl-industrija tal-mużika li se jgħinuhom jiżviluppaw it-talenti tagħhom biex isaħħu l-pedamenti għall-karriera mużikali tagħhom.

Segwu l-kantanti Francesca, Hayley, Amber, Tristan, Kayley, Kylie u Nedved fil-vjaġġ mużikali tagħhom kull nhar ta’ Ħadd, mit-3 t’Ottubru ‘il quddiem, fis-6pm fuq TVM.

Għal aktar informazzjoni tista’ żżur dan is-sit.