Stejjer Umani
Naħfer lil min għajjarni imma se niġġieled biex tieqaf dil-mibegħda

Ix-xandara Angela Coleiro qalet lil TVM li filwaqt li taħfer lil min kien kattiv magħha u xerred messaġġi ta’ mibegħda kontriha, trid li jittieħdu passi u tmexxi kampanja kontra dan l-aġir. Is-sinjura Coleiro qalet li bħala personalità pubblika qatt ma riedet titkellem fuq il-ġeneru tagħha iżda issa li seħħ dan il-każ, se tahdem biex il-wegghat li sofriet hi ma jsofrihom ħadd aktar.

Angela Coleiro ilha personalità televiżiva għal aktar minn tletin sena, kemm bi programmi li ħadet sehem fihom, programmi fuq ir-radju, u anki attriċi f’serje televiżivi. Ftit tal-jiem ilu, Angela li regolarment tesprimi l-opinjoni tagħha fuq Facebook, sfat mgħajjra minħabba l-ġeneru transesswali tagħha.

“Iż-żewġ persuni li għamlu post dwari lanqas huma friends miegħi, ħadu ritratti, screenshots tal-post, u mhux ara x’qalet ma naqblux imma aġġettivi, kliem pastaż u ħamallu, kliem li jweġġa’.”

Angela Coleiro qalet li wara dawn l-attakki apprezzat l-appoġġ li rċeviet fosthom telefonati li sarulha mill-Prim Ministru Robert Abela, mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia u minn membri parlamentari miż-żewġ naħat tal-kamra.

Is-sinjura Coleiro rrapurtat dan il-każ lill-pulizija u qed tistenna eżitu tal-passi li ser jittiehdu fil-konfront tal-persuni li xerrdu messaġġi ta’ mibegħda kontriha minħabba li hija transesswali. Qalet li tistmerr l-kitbiet ta’ mingheda li spiss issir fuq il-medja socjali mhux biss kotra nies minħabba l-ġeneru sesswali tagħhom imma anki minoranzi oħra.

“Jiena se nibqa’ sejra bil-kawża, rapport mal-pulizija, u hate speech and crime unit, jekk ma nasalx, lesta li nagħmel konferenza u iktar ‘l quddiem, fil-ftit tiegħi protesta wkoll.”

Lettur fl-Università ta’ Malta, Dr Francois Mifsud qal li d-diskors ta’ mibegħda minbarra li huwa llegali, għandu jiġi mrażżan għaliex jista’ jwassal għal aġir perikoluż u fatali.

“Il-mument li fil-lingwaġġ tiegħi nnaqqas mill-umanita’ qed nilgħab mal-ħajja, u għalhekk il-hate speech irridu nieħduh bis-serjetà”.

Dr Mifsud qal li fl-istorja tal-bniedem, l-linkwaġġ tal-mibegħda wassal għal ġenoċidji, tindif etniku u tkasbir ta’ nies minħabba l-ġeneru sesswali tagħhom. Appella biex l-awtoritajiet jaġixxu skont il-liġi fuq każi bħal tas-sinjura Coleiro.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Heritage Malta qed tħabbar li fi tmiem din il-ġimgħa, is-Sibt 18 u l-Ħadd 19 ta’ Lulju, is-sit ta’ Ħaġar Qim se jkun magħluq għall-pubbliku minħabba tiswijiet li jeħtieġ isiru fuq…

COVID-19

Il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti, qed jippubblika l-COVID-19 Transition Guidelines għall-produzzjonijiet artistiċi li se jiġu organizzati f’teatri pubbliċi u privati, kemm fuq ġewwa u…

Kronaka

Mara mill-Italja ta’ 25 sena residenti n-Naxxar, tinsab fil-periklu tal-mewt wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fis-Swieqi. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.30am fi Triq Sant’ Andrija, fis-Swieqi. Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta…

Saħħa

Fil-preżent f’Malta hawn madwar 220 pazjent b’mard fil-kliewi u li jieħdu trattament ta’ haemodialysis b’mod regolari mill-Isptar Mater Dei. Biex il-magni tal-haemodialysis ikunu jistgħu jaħdmu jkollhom bżonn ilma purifikat. Għal dan l-għan fir-Renal…

Aktar