Lokali
Napprezza li ċertu nies jaqsmu affarijiet intimi miegħi – psikologa

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Psikoloġija, għall-ewwel darba d-dipartiment tal-psikoloġija fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa fakkar il-Jum Dinji tal-Psikoloġija biex jikber l-għarfien dwar is-servizzi li qed joffri lill-komunità. Is-sena li għaddiet, iżjed minn 3,000 persuna ġiet riferuta għas-servizzi ta’ dan id-Dipartiment.

Id-Dipartiment tal-Psikoloġija fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa twaqqaf 34 sena ilu fi żmien meta dawk li xtaqu jaqbdu karriera fil-psikoloġija kienu jagħmlu l-istudji tagħhom barra minn Malta. Meta temmew l-istudji tagħhom, Paul Sciberras u Martin Micallef waqqfu dan id-Dipartiment u kienu jaħdmu bħala voluntiera fl-isptar Monte Carmeli.

Paul Sciberras qal “kien hemm dan il-component psikoloġiku illi ta dimensjoni differenti fil-kura għax qabel ħafna drabi l-kura kienet fuq livell mediku u custodian biss, fejn jinżammu, u ħafna drabi jinżammu f’Mount Carmel, ma kienx hemm żviluppi ta’ servizzi fil-komunità.”

Paul Sciberras qal li s-servizzi tad-Dipartiment tal-Psikoloġija komplew jespandu u madwar għaxar snin ilu beda jingħata das-servizz anke fl-isptar Mater Dei. Il-Managing Psychologist Dr Joan Camilleri spjegat li d-Dipartiment joffri servizzi wkoll fl-isptar għar-rijabilitazzjoni Karin Grech, f’Dar Kenn għal Saħħtek, fil-Ħabs u f’numru ta’ ċentri tas-saħħa. Qalet li s-sena li għaddiet iżjed minn 3,000 persuna ġiet riferuta għal dan is-servizz, li jfisser żieda ta’ elf persuna fuq sentejn qabel.

Dr Joan Camilleri qalet “għalhekk in-nies ikollhom iktar aċċess faċli għal dan is-servizz għaliex ikun iktar qrib id-dar tagħhom u jibdew jifhmu wkoll illi meta inti se tmur għas-servizz tal-psikoloġija ħa tmur għall-ġid tiegħek u mhux għax kif qegħdin naħsbu sal-lum forsi għandek xi mard mentali li għandu dan l-istigma kollu.”

Michele Ricci taħdem bħala clinical psychology fl-isptar Monte Carmeli. Tgħid li dan ix-xogħol jagħtiha ħafna sodisfazzjon.

Michele Ricci qalet “mhux biss għax inti taħdem ma’ persuna one on one u ssir tafhom aħjar u huma jsiru jafu lilek ukoll, imma għax ċertu nies jaqsmu affarijiet personali ħafna miegħek u huma affarijiet vera intimi u vera tapprezzahom.”

In-Nazzjonijiet Magħquda qed tfakkar il-Jum Dinji tal-Psikoloġija. Dr Camilleri qalet li din is-sena t-tema hi ugwaljanza bejn is-sessi. Sostniet li d-dipartiment se jkompli jaħdem biex jippromwovi l-ugwaljanza bit-tnedija ta’ servizzi għat-transgender u għall-persuni vulnerabbli.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Żewġ żgħażagħ Ingliżi li m’għandhomx residenza fissa f’Malta, tressqu l-Qorti akkużati b’pussess ta’ droga li nstabet f’ċirkostanzi li ma kinetx għall-użu esklussiv tagħhom. L-ispettur Anthony Scerri ppreżenta bħala evidenza kważi…

Infrastruttura

Minkejja li normalment fil-ġimgħa ta’ Santa Marija ħafna negozji u ħaddiema jieqfu għal ftit mistrieħ, Infrastructure Malta xorta waħda baqgħet għaddejja bil-bini tal-ewwel flyovers tal-Marsa Junction Project. Fil-fatt, f’dawn l-aħħar…

Qorti

Gordon Calleja ta’ 44 sena minn Ħal Luqa tressaq il-Qorti mixli bl-attentat ta’ qtil ta’ Nicholas Bezzina u li kkaġunalu ġrieħi gravi. Huwa kien akkużat ukoll li seraq €400 lil…

Aktar