Filmat. Naqqas ir-riskji mix-xogħol fix-xemx u s-sħana

Issa li t-temp beda jaqleb u bdiet is-sħana, l-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) qed tfakkar fil-miżuri li wieħed għandu jieħu meta jaħdem fix-xemx u s-sħana.

“Xogħol fix-xemx, speċjalment jekk ikun għal żmien twil jista’ jħalli effetti negattivi minħabba s-sħana jew ir-raġġi tax-xemx. Din il-gwida qasira tista’ tkun ta’ siwi kemm għall-ħaddiema kif ukoll għal dawk li jaħdmu għal rashom peress li fiha informazzjoni dwr ir-riskji mix-xemx u kif wieħed jista’ jevithom jew inaqqashom,” qal il-Kap Eżekuttiv tal-OHSA, Dr Mark Gauci.

Il-gwida titkellem dwar l-effetti tas-sħana u x-xemx fuq min ikun qed jaħdem u x’perikli jistgħu jikkaġunaw għas-saħħa u s-sigurtà. Hemm ukoll informazzjoni dwar heat stress index, ir-raġġi UVA u UVB u l-indiċi tal-UV u tinkludi wkoll lista ta’ ħaddiema li jistgħu ikunu f’periklu.

Tista’ tara l-gwida hawnhekk:GWIDA OHSA