Edukazzjoni
‘Naqraw Flimkien’ – Programm ġdid fuq TVM ta’ qari għall-gost lit-tfal

Minn għada, 30 ta’ Marzu 2020 l- Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu bi sħab mal-Public Broadcasting Services, se jibdew ixandru programm ġdid għat-tfal fuq TVM bl-isem ta’ ‘Naqraw Flimkien / Let’s Read Together’.

Dan il-programm jikkonsisti minn sensiela ta’ episodi qosra li fihom animaturi tal-Aġenzija jaqraw b’mod divertenti ktieb bil-Matli (Naqraw Flimkien) jew bl-Ingliż
(Let’s Read Together).

L-għan ta’ dan il-programm hu li nkomplu nħeġġu lit-tfal u l-ġenituri jieħdu gost jaqraw flimkien id-dar. L-Aġenzija tħeġġeġ lill-ġenituri/kustodji jsegwu dan l-
programm mat-tfal biex b’hekk jieħdu xi ideat kif jistgħu jaqraw storja u jagħtuha l-ħajja. Hekk inkunu qegħdin inkattru attitudni iktar pożittiva lejn il-kotba u ngħinu biex il-qari jsir parti integrali mir-rutina ta’ kuljum.

L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu tixtieq tirringrazzja lill-qarrejja kollha tal-Aġenzija u lill-ħaddiema involuti tal-PBS tax-xogħol li ħadu biex tellgħu dan il-
programm.

‘Naqraw Flimkien / Let’s Read Together’ se jibda jixxandar kuljum fl-10:00 a.m. fuq TVM b’repetizzjoni fl-04:30 p.m. fuq TVM2.

Aħbarijiet Oħra
Parlament

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej qiegħed fuq il-mejda tal-Kamra tad-Deputati  il-memorandum of understanding li ntlaħaq bejn Malta u l-Libja fil-laqgħa li saret fi Tripli il-ġimgħa li għaddiet. Il-Ministru Bartolo, li…

Kostruzzjoni

Dak li deher li huwa xogħol ta’ tħammil li kien qed isir f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Barrieri f’Santa Venera waqaf, wara li residenti mħassba dwar is-sigurtà ta’ dawn ix-xogħlijiet…

Parlament

Id-Deputat Kap tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u Kap tad-Dipartiment għall-iżvilupp tal-prodott turistiku, Leslie Vella qal li l-iskop ewlieni tal-ftehim mal-kumpanija tal-ajru privata Vistajet kien li jirreklamaw lil Malta bħala ċentru ġdid…

Aktar