Kronaka
Nar f’appartament f’Wied il-Għajn – ambulanza fuq il-post

Kien jum bieżel għall-Protezzjoni Ċivili llum, hekk kif wara nirien dalgħodu fil-Pietà, illejla żviluppa wkoll nar f’binja f’Wied il-Għajn.

In-nar qabad ftit wara s-6.30pm f’penthouse ta’ binja fi Triq Apap Bologna. Fuq il-post marru l-Pulizija, il-Protezzjoni Ċivili, u tim mediku minn Mater Dei.

Il-Pulizija qalet lil TVM li l-amublanza tat l-ewwel għajnuna lil persuna li kienet fil-penthouse u li belgħet id-duħħan.

In-nirien ġew ikkontrollati, iżda d-dannu li ħallew għadu mhux magħruf.