Nar fil-fdalijiet tal-lukanda Jerma … iżda din mhix l-ewwel darba

Fotografu li llum waranofsinhar inzerta għaddej minn Wied il-Għajn inħasad meta ra duħħan iswed ħiereġ mill-fdalijiet tal-lukanda Jerma. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.00 p.m. u kif ra d-duħħan il-fotografu ssogra jersaq aktar fil-qrib biex jara eżatt x’qed jiġri. Dan filwaqt li ħa wkoll xi ritratti tal-istat li l-bini tal-lukanda jinsab fiha.

Fi kliem il-fotografu l-bini qiegħed fi stat perikoluż ħafna tant li anki mir-ritratti li ħa jidhru biċċiet tas-saqaf li ċeda. Qal iżda li n-nies xorta waħda għadhom jidħlu fil-bini abbandunat u saħansitra jarmaw anki kampijiet għall-‘camping’ fih. Huwa sostna li ma jistax jifhem kif in-nies għadhom jieħdu dan is-sogru.

Mir-ritratti, in-nar jidher li kien wieħed kbir u filwaqt li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, mar fuq il-post biex jitfiħ, kelliem għas-CPD qalilna li dan kien biss nar li qabad mill-ħmieġ u ż-żibel li jitħalla fuq il-post. Qal li x’aktar kien hemm xi plastik u kien għalhekk li kien hemm dik id-daħna kbira u sewda. Huwa sostna li kemm-il darba jkollhom telefonati ta’ nirien simili u jkollhom immorru fil-lukanda biex jitfuhom. Dan sostnieh ukoll il-fotografu li qal li fuq ġewwa, diversi partijiet tal-bini jidhru maħruqa, saħansitra l-kamra li fil-passat kienet is-sala prinċipali tal-Jerma Palace Hotel.

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

F’attività politika fil-Mellieħa, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar l-Istrateġija Nazzjonali tal-Isport li tnediet aktar kmieni matul il-ġurnata. Qal li u jemmen li hemm potenzjal kbir f’dan is-settur u għalhekk…

NGOs

Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura hub modern u tal-għola standards fil-Marsa msejjaħ The Meeting Place li ser isservi biex ikollhom spazju fejn jiltaqgħu l-għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu fl-oqsma tal-edukazzjoni,…

Elezzjoni

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li l-iskema biex jingħataw ħlasijiet lill-eluf ta’ ħaddiema approvata mill-Kabinett saret biex issir ġustizzja ma’ iktar ħaddiema f’diversi oqsma fosthom ex ħaddiema…

Elezzjoni

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li, għal dan il-Gvern, Għawdex mhuwiex prijorità. Waqt attività politika fin-Nadur Ghawdex illejla, Dr Delia sostna li hemm kuntrast qawwi mal-investiment li kien għamel…

Aktar