COVID-19
COVID-19: It-€800 fix-xahar għall-ħaddiema se jibdew jitħallsu mill-ġimgħa d-dieħla

Il-Malta Entreprise sa issa rċeviet ftit iktar 12,800 applikazzjoni mis-sidien ta’ negozji biex il-Gvern iħallas sa tmien mitt ewro fix-xahar tal-pagi tal-ħaddiema tagħhom bil-għan li ma jintilfux l-impjiegi minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Il-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri ħabbar li l-Malta Enterprise għaddejja bl-ipproċessar tal-applikazzjonijiet bl-ewwel pagmenti ser jibdew jintbagħtu mill-ġimgħa d-dieħla.

12,800 bejn azjendi u self employed minn firxa kbira ta’ attività ekonomika applikaw mal-Malta Enterprise għall-għajnuna mill-pakkett finanzjarju li tħabbar mill-Gvern bil-għan li jgħin lin-negozji u biex ma jintilfux l-impjiegi. Il-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri qal l-applikazzjonijiet ikopru iżjed minn 60,000 ħaddiem li l-Gvern ser ikun qed jagħmel tajjeb għall-paga tagħhom jew għal parti minnha.

“Hawnhekk qed naraw li l-ammont totali ta’ full timers li applikaw għal dan il-benefiċċju huma ta’ 52, 703 filwaqt li part timers kellek ftit aktar minn 10,000. Dan ifisser li b’dan l-investiment li qed nagħmlu bħala Gvern s’issa diġà salvajna ‘l fuq minn 62,000 impjieg.”

F’konferenza virtwali, il-Ministru Schembri qal li l-pagamenti, li jkopru paga ta’ €800 fix-xahar għal ħaddiema full time u sa €500 għal ħaddiema part time, ser jibdew jintbagħtu mill-ġimgħa d-dieħla u jkopru eluf ta’ ħaddiema għax-xhur ta’ Marzu u April.

“L-investiment li ser inkunu qed nagħmlu biex nissalvagwardjaw lill-ħaddiema, dawn il-jobs ser ikun qed ilaħħaq il-mitt miljun ewro f’pagi mħallsa lill-ħaddiema.”

Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise, Kurt Farrugia, għamilha ċara li l-Aġenzija ser issus wara s-sidien tan-negozji biex tara li l-ħlasijiet jispiccaw fil-bwiet tal-ħaddiema.

“Il-Malta Enterprise ser tkun qed tagħmel il-komuniazzjoni tagħha ma’ dawk il-ħaddiema kollha li ser ikunu qed jirċievu dak it-tip ta’ benefiċċju u qed nikkunsidraw bħala offiża kriminali jekk il-fondi li jkunu qed imorru għand l-employer ma jmorrux għand l-impjegat tagħhom. Il-Malta Enterprise qed tirriżerva d-dritt li l-lista t’a kumpaniji li ser ikunu qed jirċievu din l-assistenza u anke matul iż-żmien ser inkunu qed nagħmlu spot checks b’calls mal-impjegati biex nikkonfermaw li l-employer ikun għadda dawk il-flus lil employee.”

Is-Sur Farrugia spjega li l-Malta Enterprise rċeviet 250 applikazzjoni ohra għall-iskema t’għajnuna ta’ teleworking.

Il-Malta Enterprise rċeviet ukoll 112-il applikazzjoni għal ħlas ta’ €350 għal 2,375 ħaddiem fis-settur privat li kienu intiolati għal-leave tal-kwarantina.

Covid19 Economic Support Measures Update

Covid19 Economic Support MeasuresUpdate

Gepostet von MaltaGov am Donnerstag, 9. April 2020

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Wara kważi erbgħin jum fuq il-baħar, il-Gvern Malti ddeċieda li jdaħħal f’Malta lill-immigranti li kienu qed jinżammu barra t-territorju Malti. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li s-sitwazzjoni fuq dawn il-vapuri saret…

Enerġija

L-istudju għall-impatt ambjentali għall-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija ġie sottomess lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, ERA, waqt li l-awtoritajiet kompetenti fl-Italja qed jiffinalizzaw l-istudji biex jiġi ppreżentat ukoll ir-rapport tal-impatt…

Stejjer Umani

Imweġġa’ bil-qtil brutali tal-Afro Amerikan George Floyd fl-Istati Uniti u bil-qtil razzista wkoll tal-immigrant Lassana Cisse s-sena li għaddiet, Martina Borg marret fuq il-midja soċjali b’messaġġ emozzjonali kontra r-razziżmu. It-tfajla…

Aktar