Kurżitajiet
Nas Daily kuntent li wasal fit-tieni dar – Malta

Il-vlogger Nas Daily ħabbar li wasal Malta, wara l-inkwiet li kellu lbieraħ fl-ajruport ta’ Barċellona, u li wassal għal dewmien.

F’filmat li tella’ fuq Instagram, Nas qal li jinsab kuntent li fl-aħħar wasal f’Malta, li jqis bħala t-tieni dar tiegħu. Huwa ġie f’pajjiżna biex itemm il-vjaġġ tiegħu ta’ 1,000 jum madwar id-dinja b’ċelebrazzjoni fl-MCC.

Nas irringrazzja lil Malta li pprovdietlu karozza biex tiġbru mill-ajruplan, li qal hija l-ewwel darba li ngħata dan is-servizz. Fil-filmat jidher ukoll l-ajruplan tal-Air Malta li wasal bih f’pajjiżna flimkien mat-tim tiegħu.

F’post iktar tard Nas Daily tella’ ritratt tax-xena tal-baħar mil-lukanda li qed joqgħod fiha f’San Ġiljan.

Ara wkoll:

Nas Daily u t-tfajla jitilfu t-titjira lejn Malta wara li nqala’ diżgwid fl-ajruport ta’ Barċellona

Nas Daily jagħżel lil Malta biex itemm il-vjaġġ tiegħu

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Il-Parruċċani ta’ Ħal Luqa minn tmiem din il-ġimgħa qed igawdu dehra ġdida fil-knisja parrokkjali tagħhom. Dan għaliex wara proġett li kien ilu għaddej disa’ snin, ġie inawgurati xogħlijiet ta’ pittura,…

Lokali

B’esperjenza vasta fil-qasam tal-ġurnaliżmu, l-Avukat Joe Micallef Stafrace, illum irtirat, iżda xorta isegwi dak li għaddej u jistqarr li ċerti principji sagrosanti tal-ġurnalizmu professjonali qed jigu imxelfa minn uħud. L-Avukat…

Lokali

Victor Scerri, terraq it-toroq tal-Belt fejn kompla jfittex u jiltaqa’ ma’ karattri – minn imħallfin sa karattri komuni tat-triq, li għamlu isem għalihom u għall-kapitali. Ghalkemm mhux belti mit-twelid, sar…

Lokali

Xogħol li jitlob li min jagħmlu jbakkar minn kmieni filgħodu, iżda li fih ukoll is-sodisfazzjon tiegħu. Melanie Saliba ilha tarma l-monti ‘l fuq minn għoxrin sena. Ma’ TVM, Melanie wriet…

Aktar