Lokali
Natalie Williams tbiddel il-verżjoni – tgħid li kienet imbeżżgħa

Fil-Qorti bdew ħerġin d-dettalji tal-każ ta’ Natalie Williams li kienet instabet mitlufa minn sensiha fil-Forti Rikażli wara li kienet ilha tliet ijiem rappurtata nieqsa. Fl-ewwel jum tal-kumpilazzjoni tax-xhieda, ħareġ li Natalie Williams ma kinitx maħtufa kif kien intqal iżda kienet hi stess li talbet li tiltaqa’ ma’ żewġha ħdejn Forti Rikażli.

Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, bdiet il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ tal-pulziija kontra Roddy Williams, li jinsab akkużat, fost oħrajn, bl-attentat tal-qtil u ta’ stupru ta’ martu Natalie Williams, li kienet tħalliet abbundunata għal tlett ijiem f’parti imwarrba ta’ Forti Rikażli.

L-Avukat Richard Sladden li nħatar mill-Qorti biex jisma x-xhieda ta’ Natalie Williams spjega li fil-31 ta’ Ottubru hija kien ħa dikjarazzjoni qaltlu li spiċċat fil-Forti wara li ġiet maħtufa minn żewġha Roddy li sfurzaha tidħol fil-karozza tiegħu u abbandunaha fil-forti.

Dr Sladden xehed li l-għada, Natalie talbet tikkjarifika xi dettalji li kienet tat. Qalet li kienet hi stess li kkuntattjat lil żewġha biex jiltaqgħu qrib il-Forti biex jitkellmu u li kienet hi li marret tiltaqa’ miegħu volontarjament u ma kinitx sfurzata tidħol fil-karozza ta’ żewġha. Dr Sladden qal li s-Sinjura Williams bidlet il-verżjoni għax kienet imbeżżgħa minn Roddy Williams. Dwar l-allegazzjoni li żewġha żammha taħt l-ilma, Dr Sladden qal li din l-allegazzjoni ġiet irrappurtata f’xi mezzi tal-media u qatt ma’ saret minn Natalie Williams.

Il-ġinekologu, Dr Joanna Ghigo xehdet li eżaminat lil Natalie għal evidenza ta’ stupru. Dr Ghigo qalet li l-vittma rrakkuntat li rrifjutat is-sess u ġiet mhedda minn Roddy li joqtol lill-missierha u t-tfal jekk hi ma tismax minnu. Il-ġinekologu qalet li Natalie spjegatilha li Roddy fakkarha li hu kien għadu żewġha u kien hawn li m’għamlet l-ebda reżistenza għas-sess.

Xehed ukoll il-Perit Mario Cassar li ntalab mill-Qorti biex jippreżenta pjanta taż-żona fejn instabet Natalie. Huwa spjega li baqa’ impressjonat bid-dlam ċappa fil-parti tal-forti fejn kienet.

L-Avukat Franco Debono li qed jidher għal Roddy Williams talab lill-Qorti biex ikollha pjanta aktar dettaljata tal-post minħabba li argumenta li dik li ġiet ippreżentata ma kenitx għal kollox veritiera. Il-Qorti ħatret lill-espert tal-fortifikazzjonijiet Dr Stephen Spiteri biex jippreżenta pjanta dettaljata tal-istruttura fejn instabet Natalie Williams.

Ara wkoll:

Il-ħtif ta’ Natalie Williams kien ippjanat ġimgħa qabel tant li talbet lil missierha jipproteġiha

Roddy Williams akkużat bl-attentat ta’ qtil ta’ martu – se jibqa’ jinżamm arrestat il-ħabs

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Żiemel li kien għaddej mit-triq deher li beża’ xħin għaddiet minn ħdejh karozza tal-linja. Huwa kien għaddej minn Triq Bormla, iż-Żejtun. Il-filmat, meħud nhar it-Tlieta li għadda juri ż-żiemel bis-serkin…

Kurżitajiet

Jekk fil-Parlament ma jikbrux fjuri, fl-istadium nazzjonali f’Ta’ Qali donnu hemm iktar ċans li jinbtu l-pjanti! Ritratti li nxterdu fuq il-media soċjali juru diversi siġġijiet bi xtieli u pjanti bil-fjuri dehru…

Annimali

Il-kunflitt kulturali reġa’ spikka wara l-istorja ta’ TVM li xxandret ilbieraħ dwar il-proposta tal-Imam Mohammed El Sadi biex il-biċċiera Musulmani jkollhom iċ-ċans li f’Malta joqtlu l-annimali skont it-tradizzjoni Musulmana tal-halal….

Saħħa

Tifel ta’ 4 snin miet ilbieraħ wara li aktarx instab li kellu mikrobu li jikkaġuna l-meninġite. Huwa miet f’Mater Dei wara li jidher li kellu xi sintomi li wasslu biex…

Aktar