Kurżitajiet
Nate u Ron jagħmlu ċajta lil xulxin waqt Serataron!

Fuq Serataron ta’ din il-ġimgħa, ma’ Ron u Jacqui se jingħaqdu l-preżentatur tar-radju Nate, il-kantanta Tiziana Calleja u l-mudella Denise Dalton.

Se nsiru nafuhom aktar, se niskopru x’ġaralha Tiziana f’tieġ minnhom u x’kien għamlilha l-kelb lil Denise! L-biċċa tgħaqad sew meta Nate jikteb messaġġ partikolari mill-mowbajl ta’ Ron u jagħfas il-buttuna tas-‘Send To All’.

Fil-logħba ‘Diski Jaħarqu’ se naraw lil Nate ikanta, jew aħjar jipprova jkanta, u aktar tard jitlef hafna aktar mid-dekor fil-loghba “Rulina Ġakbina”.

L-affarijiet jsiru jaħarqu hekk kif jingħaqdu magħna mistednin speċjali għal logħba ġdida ta’ speed dating. Naturalment ma jonqsux iċ-ċajta vojta u l-makkjetta tar-Ronnies li tkun miktuba skont il-mistednin preżenti!

Divertiment garantit biex tibda tmiem il-ġimgħa bl-aħjar mod. Dan u ħafna aktar waqt Serataron, il-Ġimgħa fl-20.50 fuq TVM.