Nathan Farrugia lest biex jerġa’ jipprova jikser ir-rekord dinji

Matul il-lejl li għadda l-atleta Nathan Farrugia rnexxielu jasal fid-destinazzjoni finali tiegħu wara 15-il siegħa jaqdef fuq ir-rota mal-kosta ta’ Sardegna.

F’kummenti lil tvm.com.mt, Nathan Farrugia stqarr li rnexxielu jtemm din l-isfida minkejja d-diffikultajiet fiżiċi, grazzi għall-inkoraġġiment tal-pubbliku.

L-atleta li hu l-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Inspire daħal għall-isfida ta’ 666 kilometru ta’ ġiri, għawm u ċikliżmu biex jiġbor donazzjonijiet għall-fondazzjoni li tipprovdi servizzi lil aktar minn 1,000 persuna bi bżonnijiet differenti.

Nathan Farrugia qal li xtaq li jikser ir-rekord dinji li jtemm din l-isfida mingħajr waqfien. Iżda, stqarr li mhux se jaqta’ qalbu u lest li fil-ġejjieni jerġa jipprova.

Fl-istess waqt, mill-fondi li l-fondazzjoni Inspire ġabret minn sfida oħra – it-tieni sfida ta’ qdif bejn Sardinja u Malta organizzata is-sena li għaddiet irnexxila tiftaħ ċentru ta’ tagħlim b’differenza f’Bulebel. Uffiċjal tal-Fondazzjoni Inspire, Antonello Gauci spjega li dan iċ-ċentru se joffri għajnuna lil tfal u żgħażagħ b’diffikultajiet ta’ tagħlim, iżda li mhux neċessarjament għandhom diżabilità.

Qal li fiċ-ċentru se jkun organizati gruppi ta’ ħidma u seminars biex ġenituri u edukaturi jirċievu taħriġ biex jistgħu jgħinu aħjar lil tfal b’diffikultajiet.

Il-Minsitru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li kull tifel u tifla iridu jingħataw ċ-ċans li jitħarrġu u jitgħallmu, waqt li r-responsablita’ tal-adulti hi li jsibu meżżi aħjar biex jitgħallmu.

Il-Ministru Bartolo qal li ċ-ċentru tat-taħriġ tal-Inspire huwa pass tajjeb f’din id-direzzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

L-ewwel parti tal-proġett tas-Central Link li se tkun lesta hi dik minn quddiem il-ħruġ, faċċata tal-Palazz ta’ Sant’Anton sa Wied Inċita f’Ħ’Attard. Il-Ministru Ian Borg qal li din il-parti mistennija…

Ekonomija u Finanzi

Diversi kumpaniji lokali li għandhom l-ishma u l-bonds tagħhom ikkwotati fil-borża fl-aħħar jiem infurmaw lis-suq bil-pożizzjoni tagħhom, anke biex iserrħu moħħ l-investituri dwar l-investiment tagħhom. Il-borża ta’ Malta, bħas-swieq finanzjarji…

Kronaka

Filmat li kiseb TVM juri parti mill-vjaġġ tat-trakk li llum għamel ħerba fil-Mellieħa wara li laqat minn tal-anqas ħames vetturi oħra. It-trakk, misjuq minn raġel ta’ 29 sena, jidher isuq…

COVID-19

Minn din il-ġimgħa, l-iskype beda jintuża fil-ħabs biex priġunieri jagħmlu kuntatt limitat u b’ħarsien tar-regolamenti mal-familjari. Il-miżura tikkumpensa d-deċiżjoni li minħabba l-imxija tal-coronavirus, il-qraba ma jistgħux iżuru lill-priġunieri. Fil-ħabs qed…

Aktar