Ambjent
Nature Trust b’appell urġenti lill-pubbliku wara li nstabet fekruna bla ħajja

Nature Trust – FEE Malta qed tappella mill-ġdid lill-pubbliku biex jagħmel il-parti tiegħu u jgħin biex jitnaqqas l-iskart li jispiċċa fil-baħar speċjalment il-plastik.

Dan l-appell qed tagħmlu wara li nstabet fekruna mejta kawża tal-attivitajiet tal-bniedem u l-iskart li jarmi.

L-għaqda qalet li dan mhux l-ewwel każ ta’ din ix-xorti, b’każ partikolari ta’ fekruna li spiċċat fiċ-ċentru ta’ rijabilitazzjoni wara li tilfet 3 minn saqajha. Qalet ukoll li kellhom każ ta’ fekruna oħra li belgħet 28grammi ta’ plastik u li kieku dawn ma tneħħewx jaf kienet titlef ħajjitha.