Politika
“Nawgura li jibqa’ man-nies u għan-nies” – il-President Emeritu George Abela

Il-familja Abela mhix wiċċ ġdid la fil-politika u lanqas għall-Palazz tal-President. Tal-lum iżda kienet okkażjoni speċjali fosthom għall-ġenituri tal-Prim Ministru: il-President Emeritu George Abela u martu Margaret.

Missier il-Prim Ministru, il-President Emeritu George Abela, qal li ibnu għandu jibqa’ kif wiegħed fil-kampanja, man-nies u għan-nies.

“Persważi mill-kwalitajiet, tiegħu, li hu bniedem determinat, dejjem kien his own man, moħħ indipendenti u dejjem kellu dawn il-kwalitajiet ta’ leadership li tant u tant għandna bżonn.

Tal-istess fehma, ommu Margaret. “Għalkemm aħna dejjem inkoriġajnih, id-deċiżjoni dejjem kienet tiegħu u ta’ martu li jidħol għal din il-biċċa xogħol.”

Oħtu, Maria, li tgħix l-Italja ġiet apposta għaċ-ċerimonja tal-ġurament tal-ħatra. ” Jiena ovvjament nawguralu ħafna lilu lil Lydia u lill-familja tiegħu kollha. Jalla jibda din il-ħidma tiegħu u jkompli b’suċċess kbir.”

Tkellimna ukoll mal-kunjati ta’ Robert: Lilly u Anthony Zerafa. Lilly Zerafa qalet “jiena dejjem kont warajhom, dejjem sabuni u hekk se nibqa’ nagħmel. Nibqa’ warajhom u meta jkollhom bżonni, dejjem inkun lesta għalihom.” Anthony Zerafa qal “jiena nawgura lil Robert, kull suċċess, għal pajjiżna u għall-poplu tagħna. U nawgura wkoll lit-tifla tiegħi Lydia li tkun ta’ spalla siewja ħafna għall-Prim Ministru tagħna.”

Is-Sinjura Lydia Abela hija waħda fost ħames aħwa, erbat ibniet u tifel, li lkoll kienu preżenti għaċ-ċerimonja tal-ħatra tar-raġel ta’ oħthom bħala Prim Ministru.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fil-Palazz tal-President għaddej ix-xogħol fuq l-akbar proġett li qatt kellha Heritage Malta fl-istorja tagħha. Għadd kbir ta’ ħaddiema qed jaħdmu fuq xogħliiet differenti minn bdil tas-soqfa sar-restawr tal-pitturi. Il-ħsieb huwa…

COVID-19

Grupp ta’ xufiera tal-karozzi tal-linja ilhom fuq xahrejn isuqu vetturi tal-gvern minflok xarabanks. Il-kumpanija Malta Public Transport qed tipprovdi dawn ix-xufiera li ta’ kuljum qed iwasslu għal swab test fiċ-ċentri…

Trasport

Minn għada t-Tnejn, l-ewwel ta’ Ġunju, ser jerġgħu jitħallew isiru l-eżamijiet, kemm prattiċi u tat-teorija, għal-liċenzji tas-sewqan. L-eżamijiet kienu twaqqfu lura f’Marzu minħabba l-imxija tal-COVID-19 u issa ser ikomplu b’għadd…

Lokali

Inkjesta Maġisterjali li nvestigat denunzji li tressqu mill-għaqda Repubblika b’allegazzjonijiet dwar qtil ta’ immigranti, u attentat ta’ qtil ta’ oħrajn ix-xahar li għadda, sabet li dawn ma kinux imsejsa fuq…

Aktar