Barranin
Naya Rivera tinstab mejta

Il-katavru tal-attriċi Naya Rivera, magħrufa aħjar għall-irwol tagħha fis-sensiela Amerikana Glee, Santana Lopez instab f’Lake Piru f’Kalifornja.

L-attriċi ta’ 33 sena kienet ilha nieqsa min-nhar l-Erbgħa wara li kriet dgħajsa flimkien ma’ binha ta’ 4 snin. Fuq id-dgħajsa instab biss it-tifel li qal kif ommu għosfrot taħt wiċċ l-ilma.

L-istqarrija uffiċjali li nstab il-katavru ta’ Rivera ħarġet fis-seba’ anniversarju  minn meta Cory Monteith, attur ta’ Glee kien miet b’overdose fl-2013.

Rivera hija t-tielet membru tal-kast ta’ Glee li tilfet ħajjitha wara Cory Monteith u Mark Salling.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mill-inqas 17-il persuna mietu wara li ajruplan tal-linja tal-ajru Air India Express iġġarraf fl-ajruport b’190 passiġġier abbord fl-istat ta’ Kerala fl-Indja. L-ajruplan tal-għamla Boeing 737 li kien nieżel fl-ajruport ta’…

Barranin

It-traġedji jħallu dejjem vittmi innoċenti. L-istess l-isplużjoni ta’ nhar it-Tlieta fil-port tal-kapitali Lebaniża, Beirut, li tertqet belt sħiħa u ħalliet daqs ftit inqas mill-popolazzjoni ta’ Malta mingħajr saqaf fuq rashom…

Barranin

Il-każi tal-COVID-19 fl-Afrika qabżu l-miljun. Dan jirriżulta mill-Unjoni Afrikana li qiegħda ssegwi l-imxija tal-virus fil-kontinent. Hija esprimiet it-tħassib tagħha dwar in-nuqqas ta’ ttestjar fl-Afrika li qalet qiegħed iwassal għal stampa…

Barranin

F’Beirut fil-Libanu, dimostranti niżlu fit-toroq jipprotestaw kontra l-Gvern u juru r-rabja tagħhom għall-isplużjoni li ħalliet ħerba sħiħa nhar it-Tlieta. Ħafna Lebaniżi qed jgħidu li din l-isplużjoni seħħet minħabba neġliġenza kbira…

Aktar