Barranin
Nefqu €1.5 miljun f’restawr u għerqilhom wara erbat ijiem

Bastiment tas-seklu 19 li kien għadu kemm ġie rrestawrat spiċċa għereq wara li ħabat ma’ vapur tal-kontejners fil-Ġermanja.

Fl-inċident, li seħħ fuq ix-xmara Elbe qrib il-belt ta’ Hamburg, għadd ta’ persuni abbord l-ischooner No5 Elbe sfaw feruti, iżda ġew salvati minn dgħajjes tas-salvataġġ.

L-ischooner, li nbena fl-1883 u fih 37 metru, huwa l-aħħar bastiment tal-injam li nbena f’Hamburg f’din l-era.

Proprju minħabba l-valur storiku tiegħu, il-bastiment kien għadu kemm ħareġ minn tarzna Daniża, fejn ġie rrestawrat bi spiża ta’ €1.5 miljun.

Is-sitwazzjoni tidher imwiegħra, iżda mhux kollox mitmum għal dan il-bastiment. Ir-restawraturi qed jittamaw li jerġa’ jittella’ bl-inqas ħsara possibbli biex ikun jista’ jissewwa u jsalpa mill-ġdid.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Għadd ta’ mogħoż ilhom jumejn jidhru jduru fuq l-irdum f’Wied iż-Żurrieq, fl-inħawi tal-Munqar. Ir-ritratt, li ttieħed ilbieraħ minn post magħruf bħala l-Ħnejja, juri madwar sitt mogħżiet. Wara li r-ritratt ittella’…

Barranin

Il-Prim Ministru tal-Kanada Justin Trudeau qal li ma jistax jiftakar kemm-il darba żebagħ wiċċu iswed meta kien żagħżugħ, hekk kif ir-ritratti tiegħu bl-irtokk iswed f’wiċċu komplew jiddominaw il-kampanja għall-elezzjoni tal-21…

Barranin

L-Interpol qalet li waqt operazzjoni marittima li kkordinat fil-Mediterran, identifikat aktar minn 12-il suspettat terrorist barrani li qed jivjaġġa fil-Mediterran. L-aġenzija globali tal-pulizija bbażata fi Franza fi stqarrija kompliet tgħid…

Barranin

Booking.com qed tqarraq bil-konsumaturi li jirrikorru biex jibbukkjaw xi lukandi jew appartamenti onlajn. Dan qalitu l-għaqda Which? li investigat lill-kumpanija flimkien ma’ 5 oħra biex tevalwa jekk il-klijenti humiex qed…

Aktar