COVID-19
Negozji jibdlu l-mod ta’ kif jaħdmu minħabba l-Coronavirus

It-terremot ekonomiku li ġabet il-pandemija jista’ jirvina bosta negozji. Madankollu l-istint imprenditorjali li wieħed jadatta għar-realtajiet ġodda jispikkaw f’dawk li ħabblu moħħhom u ħadu inizjattivi biex jibqgħu jdawru r-rota. Fost dawn, William Spiteri – sid ta’ ristorant li fi ftit jiem biddel il-kunċett tar-ristorant anke biex jevita li jissensja l-ħaddiema tiegħu.

Il-kċina ta’ ristorant popolari fin-nofsinhar ta’ Malta ma waqfietx mal-ordni li ħarġet biex ir-ristoranti bħal ħwienet oħrajn jingħalqu minħabba l-imxija tal-coronavirus. Mingħajr ma kiser l-ordni tal-awtoritajiet tas-saħħa, sid ir-ristorant, William Spiteri f’jumejn biddel il-kunċett sħiħ tan-negozju tiegħu u flok iservi fir-ristorant beda jipprovdi servizz tal-ikel fid-djar anke biex żamm il-ħaddiema.

“Żammejt erba’ fil-kċina li dejjem żammew il-livell u tipprova ma titlifhomx billi jekk Alla jrid nerġgħu nirrankaw u nkomplu minn fejn ħallejna mhux ikollna nibdew mill-bidu u inti tagħmel dak is-sagriffiċju biex itella’ livel.”

Is-sur Spiteri qal li b’hekk ir-ristorant għadu għadej anke jekk ir-ritmu m’għadux l-istess. Stqarr li għal nies bħalu mhux la kemm tagħlaq il-bieb u qiesu qatt ma kien xejn “Bħala ristorant dejjem ngħidu apparti strength tiegħek li tagħti servizz dixxiplina u performance li daħħal il-klienti sservih u f’daqqa waħda jintilef kollox f’daqqa ħassejna kbir.”

Is-Sur Spiteri qal li l-pandemija tal-covid-19 hi sfida kbira għas-settur li kissret l-investiment u s-sagrifiċji ta’ bosta imprendituri lokali. Madanakollu stqarr li ma tistax tbaħħar biss fil-bnazzi u għalhekk stinka biex ir-rota ma tiqafx għalkollox.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Wara kważi erbgħin jum fuq il-baħar, il-Gvern Malti ddeċieda li jdaħħal f’Malta lill-immigranti li kienu qed jinżammu barra t-territorju Malti. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li s-sitwazzjoni fuq dawn il-vapuri saret…

Enerġija

L-istudju għall-impatt ambjentali għall-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija ġie sottomess lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, ERA, waqt li l-awtoritajiet kompetenti fl-Italja qed jiffinalizzaw l-istudji biex jiġi ppreżentat ukoll ir-rapport tal-impatt…

Stejjer Umani

Imweġġa’ bil-qtil brutali tal-Afro Amerikan George Floyd fl-Istati Uniti u bil-qtil razzista wkoll tal-immigrant Lassana Cisse s-sena li għaddiet, Martina Borg marret fuq il-midja soċjali b’messaġġ emozzjonali kontra r-razziżmu. It-tfajla…

Aktar