Politika
Negozji jilqgħu d-direzzjoni tal-Gvern fil-governanza tajba

Il-Kamra tal-Kummerċ din il-ġimgħa qalet li b’mod kawt qed tilqa’ d-deċiżjonijiet tal-Prim Ministru l-ġdid, Robert Abela, li qalet qed jimplimenta proposti li ressqitlu hi stess b’rabta mal-governanza tajba.

Fi stqarrija l-Kamra rreferiet għar-riżenja ta’ Justyne Caruana minn Ministru għal Għawdex ftit sigħat wara l-istorja dwar membru tal-familja tagħha, fejn qalet li din id-deċiżjoni bagħtet messaġġ ta’ tolleranza żero fejn ikun hemm dubju dwar imġieba skorretta.

Irreferiet ukoll għad-dikjarazzjonijiet tal-Ministru għall-Intern Byron Camiller, li qal li kull allegazzjoni trid tiġi investigata, kif ukoll dik tal-Ministru għall-Ambjent u l-Ippjanar, Aaron Farrugia, li qal li se jippubblika reġistru tal-laqgħat kollha mal-imsieħba soċjali

Fuq l-istess linji tkellmet il-Federazzjoni Maltija għall-Produtturi tal-Akwakultura, li sostniet li mhux biss taqbel ma dak iddikjarat mill-Ministru Aaron Farrugia, iżda temmen ukoll li għandha ssir liġi li tirregola l-attivitajiet ta’ lobby groups.

Żiedet li Malta hija wieħed mill-ftit pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li m’għandhiex leġiżlazzjoni fuq kodiċi ta’ etika u reġistru ta’ lobbyists.

Aħbarijiet Oħra
Unjoni Ewropea

It-tranżizzjoni klimatika inkorporata fil-Patt Ekoloġiku hija imperattiv etiku kif ukoll opportunità ekonomika. Jeħtieġ li nadattaw il-mod kif nipproduċu u nikkunsmaw biex nipproteġu ’l saħħitna u l-benesseri tagħna u nħarsu l-pjaneta…

Unjoni Ewropea

Il-Prim Ministru Robert Abela jinsab fi Brussell għat-tieni jum tas-summit speċjali tal-Kunsill Ewropew, bil-għan li jintlaħaq qbil fuq il-baġit tal-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin li ġejjin. L-ewwel jum tas-summit kien wieħed…

Qorti

Aġġornat kontinwament Illum issoktat l-inkjesta pubblika fil-qtil tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia, liema inkjesta qed tistħarreġ jekk l-awtoritajiet setgħux jieħdu miżuri biex jevitaw dan id-delitt. Fis-seduta tal-lum qiegħed jixhed Glenn Bedingfield….

Kultura

Huma ħafna l-Beltin involuti fil-Karnival: minn karristi . . . sa żeffiena . . . għal oħrajn involuti fl-organizazzjoni, b’ħafna mill-attivitajiet ewlenin organizzati minn għada sat-Tlieta li ġej fit-toroq ewlenin…

Aktar