Ekonomija u Finanzi
Negozji Maltin mistiedna jinvestu fi proġetti fil-Lvant Nofsani u l-Afrika

Kważi 30 sena mit-twaqqif tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, qed jistieden intrapriżi Maltin jersqu ‘l quddiem u jinvestu fi-proġetti ffinazjatji b’self mill-Bank Ewropew fil-Lvant Nofsani u l-Afrika.

Id-Direttur tal-Bord tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, Leander Treppel, qal li Malta għandha sehem importanti biex tgħin lill-Bank Ewropew ikompli jwettaq bidla għall-aħjar fis-swieq ekonomiċi u d-demokraziji fl-Afrika ta’ Fuq u l-Lvant Nofsani.

Ir-rappreżentant tal-Bank Ewropew indirizza seminar organizzat mill-Ministeru tal-Finanzi u Trade Malta, u li għalih kienu preżenti rappreżentanti minn setturi ta’ negozji Maltin. Spjega li l-bank isellef flus lil pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw għal proġetti li jvarjaw minn bini ta’ toroq, espansjoni ta’ ajruporti u enerġija alternattiva.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Trade Malta, Anton Buttigieg, qal li l-kumpaniji Maltin għadhom mhux jagħrfu l-benefiċċju ta’ sehem il-bank f’self ta’ flus għal proġetti nazzjonali.

“Meta għandek bank bħall-EBRD li qed jidħol u jiffinanzja u jagħti anke ċerti garanziji fuq il-proġett per se, l-investitur Malta u l-intrapriża Maltija li ser tibbiddja għal dawn it-tenders għandha s-serħan tal-moħħ li l-proġett huwa ffinanzjat fuq bażi nazzjonali f’dak il-pajjiż iżda għandu l-appoġġ ta’ bank bħall-EBRD, allura ċ-ċans li dak il-proġett ifalli huwa minimu ħafna.”

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal li Malta għandha sehem importanti biex isservi ta’ pont bejn l-Ewropa u l-Afrika ta’ Fuq, anke issa li l-Libja hija fost il-pajjiżi li tista’ tkun mgħejjuna biex tinkiseb l-istabbilità fil-pajjiż.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar il-Benesseri tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, Claudio Grech ippropona li l-għajnuna li ħabbar il-Gvern għal setturi li ntlaqtu mill-pandemija tkun estiża lill-ħaddiema kollha li ntlaqtu mill-imxija. Ippropona ukoll…

Kronaka

Ingliż ta’ 56 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident fil-Gżira. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fl-inħawi magħrufa bħala Manoel Island,…

COVID-19

Il-linja tal-ajru Ryanair qalet fi stqarrija li hekk kif il-maġġoranza tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea waqqfu t-titjiriet minn u lejn pajjiżhom, dan wassal biex iktar minn 90% tal-ajruplani tagħha mhumiex jintużaw. Qalet…

COVID-19

Inġiniera mill-Università ta’ Malta qed jibnu apparat li jiddiżinfetta l-maskli, bil-għan li dawn ma jintużawx darba biss u jintremew. Qalet dan fi stqarrija l-Università ta’ Malta, li saħqet li dan…

Aktar