Ambjent
Nestle twiegħed premji lil min jirriċikla l-prodotti tagħha

Is-separazzjoni tal-iskart bħala azzjoni ambjentali bdiet tilħaq ukoll il-kumpaniji li għandhom l-obbligu li jirkupraw skart tal-ippakkjar li jpoġġu fuq is-suq.

Il-kumpanija Nestle Malta, flimkien ma’ GreenPak, nediet l-iskema Nestle Collect, biex tirkupra mingħand il-konsumaturi l-vażetti, laned u pakketti ta’ madwar mitejn prodott li tpoġġi fuq is-suq biex ikunu jistgħu jiġu riċiklati.

Alfred Borg, f’isem il-kumpanija, qal li bl-iskema se jiġu ppremjati l-konsumaturi, li ser jakkwistaw rigali, filwaqt li jgħin biex il-materjal tal-ippakkjar ikun riċiklat b’mod strutturat u regolat, u mhux jispiċċa kollu fiż-żibel.

Is-Sur Borg qal li b’din l-iskema, il-kumpanija qed tqawwi l-impenn tagħha favur l-ambjent lokali, tippromwovi s-separazzjoni tal-iskart f’Malta, u ssaħħaħ ir-responsabbiltà soċjali tagħha bħala kumpanija.

Żied jgħid li l-klijenti jistgħu jidħlu fl-iskema billi jirreġistraw fuq is-sit tal-kumpanija, li se tkun topera miċ-ċentru tal-konsumatur li l-kumpanija għandha f’Ħal Lija.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-gvern ħabbar il-ftuħ tal-istaġun tal-insib tal-ħarifa għal żewġ speċi: il-pluviera u l-malvizz. Fi stqarrija tas-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali ntqal li wara li evalwa r-rakkomandazzjonijiet tal-kumitat Ornis, l-istaġun…

Sport

Fit-tielet logħba tagħhom fil-Kampjonat tal-Amateurs, it-tim ta’ Syria Gżira FC kiseb l-ewwel rebħa bl-iskor ta’ 3-1 kontra Fleur De Lys FC. Il-player Lucky Chizobor skurja żewġ gowls filwaqt li Julius…

Saħħa

Ilbieraħ filgħaxija għadd ta’ nies nġabru quddiem iċ-Ċentru Esplora fil-Kalkara għal mixja simbolika bħala parti mix-xahar iddedikat għall-għarfien dwar il-kanċer tas-sider, magħruf bħala Pink October. Din is-sena n-nisa u l-irġiel…

Lokali

L-invażjoni Torka fit-Tramuntana tas-Sirja ġiet ikkundannata mill-komunità Kurda f’Malta li bl-appoġġ tal-Moviment Graffitti organizzaw manifestazzjoni paċifika quddiem l-Ambaxxata Torka fil-Floriana. Huma kkundannaw dak li sejħu bħala assalt brutali u mingħajr…

Aktar