Kurżitajiet
Netflix se tneħħi numru ta’ telefon li jidher f’sensiela wara li mara rċeviet 4,000 SMS u telefonata fuqu

Il-kumpanija Netflix iddeċidiet li tneħħi numru tat-telefon li jidher f’waħda mill-aktar sensiliet popolari bħalissa, Squid Game.

Din il-produzzjoni Sud Koreana tittratta grupp ta’ nies li jaċċettaw li jieħdu sehem f’sensiela ta’ logħob bil-premju finali jkun ammont kbir ta’ flus.

Il-parteċipanti jagħżlu li jipparteċipaw wara li jkunu ngħataw biljett b’numru tat-telefon fejn jistgħu jċemplu jekk ikunu interessati li jieħdu sehem.

Ġara li bosta telespettaturi bdew iċemplu fuq dan in-numru li nzerta kien ta’ negozjanta.

Hija lmentat mal-kumpanija li rċeviet madwar 4,000 bejn SMSs u telefonati fuq dan in-numru li ilha tużah għal dawn l-aħħar 10 snin.

“Għall-ewwel ma kontx naf għaliex imma mbagħad kien hemm ħabiba li qaltli li dak in-numru jidher fuq is-serje Squid Game”, hija qalet.

Netflix ħeġġet lis-segwaċi tagħha ma jċemplux fuq dan in-numru u wegħdet li se tneħħi x-xeni li fihom jidher.