Barranin
Netta trebbaħ lil Iżrael il-Eurovision Song Contest 2018

Iżrael rebaħ it-63 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest 2018.  Din hija r-raba’ darba li dan il-pajjiż rebaħ il-festival, bl-aħħar darba li rebħu kien 20 sena ilu.

Iżrael kien irrappreżentat minn Netta li kantat il-kanzunetta Toy.  Hija kisbet 529 punt, hekk kif inkisbu l-ikbar ammont ta’ punti permezz tat-televoting.  Interessanti kif fl-ewwel reazzjoni tagħha, Netta qalet li l-konkors se jsir f’Ġerusalemm, mhux f’Tel Aviv il-kapitali Iżraeljana.

Malta tat it-12-il punt lil Ċipru.  Awstrija kisbet l-ikbar ammont ta’ voti tal-ġurija li jammontaw għal 271 vot.  Il-punti kollha tat-televoting u l-ġurija kemm tal-finali kif ukoll tas-semifinali jiġu ppubblikati għada.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-artisti tal-mument inġabru fir-Radio City Hall ta’ New York għall-MTV Video Music Awards f’serata li offriet wirjiet memorabbli minn Madonna, li matulha tat ġieħ lill-artista Aretha Franklin b’riflessjonijiet personali dwar…

Barranin

Chiara, tifla ta’ 8 snin, għexet b’miraklu wara t-traġedja li laqtet bosta nies f’park f’Calabria. It-tifla belgħet ammont kbir ta’ ramel u tajn u tinsab taħt xokk qawwi. Hija nstabet…

Barranin

Fuq il-midja soċjali kienu jidhru bħala familja perfetta, iżda traġedja li laqtet lil din il-familja l-ġimgħa l-oħra kixfet realtà għal kollox differenti. Ir-raġel fl-Istati Uniti li qed jiġi akkużat bil-qtil…

Barranin

Minn tal-inqas 11-il persuna mietu u oħrajn għadhom mitlufa wara għargħar mhux mistenni li laqat Pollino National Park fl-Italja. Għad ta’ persuni kienu qed jimxu fil-park f’Calabria meta bħal sajjetta…

Aktar