Lokali
Neville Gafà mhux ħati li hedded lil ġurnalist Taljan

Neville Gafà ma nstabx ħati li hedded lill-ġurnalist Taljan Nello Scavo wara li l-Prosekuzzjoni ma ppruvatx li kien seħħ dan l-allegat reat. Il-każ dwar l-immigrazzjoni irregolari imur lura għal Ġunju meta Nello Scavo, ġurnalista mal-ġurnal Avvenire, ilmenta li Gafà heddu b’kummenti li tella fuq il-midja soċjali.

Fid-deċiżjoni tagħha llum il-qorti preseduta mill-Maġistrat Charmaine Galea, qalet li wkoll li ma jirriżultax li Scavo fil-mument li l-imputat għamel it-tweet ħassu mhedded, tant li kien biss wara li l-Pulizija Maltija ġew ikkuntattjati minn terza persuna li stiednet lil Scavo jagħmel kwerela, u li din kienet saret aktar minn xahar wara t-tweet inkwistjoni.

Il-Qorti nnotat ukoll li Scavo, bl-ebda mod ma spjega x’fehem bl-allegat theddida tal-imputat.