Politika
Neville Gafà mhux se jkun ikkonfermat mill-ġdid f’kariga pubblika

Fl-ewwel jum sħiħ bħala Prim Ministru, minbarra l-għażla tal-membri tal-kabinett, Dr Robert Abela kompla jagħżel jew jikkonferma l-uffiċjali li se jassistuh fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Sorsi qalu li Neville Gafà mhux se jiġi kkonfermat bħala uffiċjal f’Kastilja jew f’kariġi pubbliċi oħrajn. TVM infurmat li dalgħodu, Neville Gafà bagħat ir-riżenja mill-kariga li kien jokkupa bħala persuna ta’ fiduċja lis-Sur Clyde Caruana, li beda jmexxi s-Segretarjat tal-Prim Ministru.

Fl-aħħar jiem, Neville Gafà ssemma fl-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, fejn ġie allegat li lejlet il-qtil tal-ġurnalista, deher jieħu ritratti tagħha fil-pubbliku. Hu kien allegatament involut ukoll fl-allegat tixħim fil-ħruġ tal-visas mediċi lil ċittadini Libjani li riedu jiġu Malta għall-kura. Ftit tas-snin ilu, is-Sur Gafa kien tneħħa wkoll minn uffiċjal fil-Ministeru għas-Saħħa.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Aktar ma jmur, aktar il-finali ta’ ‘X Factor Malta’ qed toqrob. It-tielet Live Show jinsab magħna, hekk kif illejla ‘X Factor Malta’ jissokta b’appuntament ieħor ferm mistenni mill-pubbliku Malti u…

Sport

L-MFA qed tinvestiga kif f’partita tal-F.A Trophy, it-tim tax-Xewkija Tigers, li suppost kien qed jilgħab b’għaxar plejers għaliex kellu wieħed imkeċċi, spiċċa l-partita bi ħdax-il plejer. Pietà marru fil-vantaġġ wara…

Qorti

Zeiad Mohamed Abuzoda ġie akkużat li s-Sibt ikkaġuna ħsara u hedded numru ta’ persuni f’San Pawl il-Baħar. Il-Libjan ta’ 40 sena u li joqgħod San Pawl il-Baħar tressaq il-Qorti quddiem…

Saħħa

Ċittadini Maltin li jagħtu l-kunsens biex it-tagħrif mediku tagħhom ikun aċċessibbli minn sptarijiet f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, jistgħu jkunu mgħejuna b’aktar effiċjenza f’każ t’emerġenza waqt li jkunu msefrin. Malta hija fost…

Aktar