Barranin
New South Wales jibdew is-sena f’qagħda katastrofika bin-nirien

In-nar iħeġġeġ f’diversi bnadi fl-Awstralja, speċjalment fl-istat ta’ New South Wales, ħalla lil ħafna fuq ix-xwiek bis-servizzi tal-emerġenza jħabbtu wiċċhom ma’ sitwazzjonijiet katastrofiċi biex jippruvaw itaffu n-nar.

Shane Fitzsimmons, kummissarju tas-servizzi tat-tifi tan-nar, qal li dan kien l-agħar staġun tan-nirien fl-istat ta’ New South Wales. “We’ve already got thousands of volunteers and other personnel from across Australia, from overseas, they are helping us. We’ve got support from the ADF (Australian Defence force), we are absolutely stretched right across New South Wales, we’ve got fires burning from the Queensland boarder all the way down to the Victorian boarder across the great dividing range.”

In-nar tħeġġeġ ukoll fl-istat ta’ Victoria fejn eluf kellhom iħallu darhom biex isibu kenn ’il bogħod mill-infern fuq l-art. S’issa n-numru ta’ nies mejta kawża tan-nirien tela’ għal tnax, bl-awtoritajiet għadhom ifittxu għal mill-inqas erba’ persuni oħra li għadhom mitlufa.

Eluf oħra sabu r-rifuġju fuq il-kosta Awstraljana u niżlu fuq ix-xtut biex jevitaw in-nirien u jtaffu ftit mit-temperaturi għolja li bħalissa qed jaħkmu lill-Awstralja f’dan l-istaġun sajfi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Uffiċjali tas-saħħa Ċiniżi ppubblikaw id-dettalji preliminari tal-iżjed studju estensiv dwar il-coronavirus li stħarreġ iżjed minn sebgħin elf każ tal-virus. Informazzjoni miċ-ċentru Ċiniż għall-kontroll tal-mard u l-prevenzjoni, ic-CCDC sab li iżjed…

Barranin

Mal-10,000 raġel fil-Ġappun niżlu fl-ilma f’kesħa xxoqq il-għadam, f’kompetizzjoni tradizzjonali li tmur lura mal-500 sena. Fil-festival Hadaka Matsuri, l-irġiel jilbsu biss biċċa ċarruta bajda u jinġabru f’tempju biex jilqgħu r-rebbiegħa….

Barranin

Il-kantant ta’ fama mondjali, Sir Elton John, kellu jtemm ħesrem kunċert fi New Zealand, hekk kif tilef leħnu meta kien fuq il-palk. Ilbieraħ Elton John kien qed ikanta f’Auckland bħala…

Barranin

Il-maltempata mlaqqma Dennis, li hija t-tieni waħda li laqtet ir-Renju Unit f’temp ta’ ġimgħa, qed tagħmel ħerba sħiħa f’għadd ta’ postijiet, b’servizzi ta’ trasport imħassra u persuni evakwati minn djarhom….

Aktar