COVID-19
“Il-belt li ma torqodx hija ‘ghost town’ bħalissa” – Malti jgħix New York

Fl-Istati Uniti, ikomplu jiżdiedu l-morda hekk kif illum mietu 73 persuna. TVM tkellem ma’ Dr Kevin Attard li ilu kważi sena jgħix New York u qal li hi sitwazzjoni tad-dwejjaq li tara lil din il-belt totalment nieqsa min-nies u l-ħajja.

It-total ta’ każijiet fl-Istati Uniti issa qabeż il-75,000 persuna u fl-aħħar 24 siegħa mietu 73 persuna. New York hija waħda mill-iżjed ibliet milquta mill-coronavirus. TVM tkellem ma’ Dr Kevin Attard li ilu jgħix New York għal kważi sena. Qal li ma jistax jemmen li jara din il-belt issoltu mimlija ħajja u vibranti tant kwieta issa.

“New York li hija famuża The City that never sleeps, prattikament it’s a ghost town bħalissa. Mhix  sitwazzjoni feliċi minħabba l-fatt li d-densità tal-popolazzjoni hawnhekk hija kbira, biss biss bħalissa qegħdin kważi 40,000 każ diġà u 20,000 minnhom f’New York City. Hija stressanti minħabba l-fatt li anke l-isptarijiet u l-mediċi qed ikollhom problema biex ilaħħqu ma’ din li jgġidulha l-curve li tafu sew Malta x’inhu jiġri u kemm jista’ jkun qed ifittxu s-soluzzjonijiet fil-fatt qed jiftħu 5 sptarijiet ġodda ta’ elf sodda l-waħda biex jippruvaw jimmitigaw is-sitwazzjoni.”

Minkejja li fi New York m’hemmx lockdown, l-awtoritajiet taw struzzjonijiet biex kemm jista’ jkun in-nies jibqgħu ġewwa u jżommu d-distanza minn xulxin.

“Kif tista’ timmaġina speċjalment f’Manhattan l-appartamenti mhumiex kbar speċi kulħadd magħluqa ġewwa kemm jista’ jkun nosservaw is-social distance u trid tgħix f’konfini limitati. Fejn qabel hawnhekk New York kollha ħajja u l-ħajja ġġibha bmin-nies jiġifieri dak li tagħmel id-differenza. Dik hija impatt kbir għax jaqnbdek dispjaċir li tara Times Square, tara Central Park prattikament vojta.”

B’iżjed minn sebgħin elf persuna infettata, l-Istati Uniti issa għandha t-tielet l-akbar għadd ta’ każi, bi New York l-agħar milquta.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Diversi żoni f’Malta illejla intfew, bil-għan li nsalvaw l-enerġija. Din l-inizjattiva, li hija waħda favur l-ambjent, kienet mifruxa mad-dinja, u ingħatat l-isem ta’ Earth Hour. F’Malta saret mill-NGO Żibel, u…

COVID-19

Ħames persuni nqabdu jiksru l-kwaraninta obbligatorja u ġew immultati tliet elef ewro kull wieħed. B’kollox saru 421 spezzjoni fl-aħħar 24 siegħa. Minn mindu bdew l-ispezzjonijiet, 40 persuna nqabdu jiksru l-kwarantina…

COVID-19

Intervistat fuq l-aħbarijiet ta’ Television Malta l-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, qal li l-Prim Ministru Robert Abela għal xi raġuni qiegħed jgħid li dan mhuwiex lockdown, meta fi kliemu, id-Deputat Prim…

COVID-19

Fi żmien ta’ ansjetà residenti ta’ triq fil-Fgura ħarġu bl-idea li jorganizzaw ċelebrazzjoni mużikali mill-gallariji biex iferrħu lil xulxin. U waqt li l-festi din is-sena mhux ser isiru, il-bandisti ta’…

Aktar