Barranin
New Zealand jibda jerħi xi restrizzjonijiet tal-lockdown

New Zealand beda jerħi ftit mir-restrizzjonijiet tal-lockdown bil-Prim Ministru tal-pajjiż Jacinda Ardern twissi li New Zealand għadu ma ħarigx mill-periklu tal-Covid-19. Hija ħeġġet lin-nies biex jibqgħu d-dar u kemm jista’ jkun jaħdmu mid-dar. għalkemm negozji jistgħu jiftħu jekk joffri servizz fejn m’hemmx kuntatt ma’ persuni oħra. Qalet li ħadd ma jrid it-tieni mewġa tal-pandemija.

Ir-regoli l-ġodda ta’ New Zealand jippermettu lir-ristornati jiftħu biex in-nies jiġbru l-ikel. In-nies għandhom jibqgħu mal-membri mmedjati tal-familja tagħhom iżda jistgħu jiltaqgħu għal ftit ma’ qraba oħra u biex jappoġġjaw persuni iżolati.

Il-pubbliku fi New Zealand jista’ jsuq għal distanzi qosra sabiex jagħmel attivitajiet rikreattivi u l-iskejjel jistgħu jerġgħu jiftħu sakemm jassiguraw li tinżamm id-distanza soċjali. Attivitajiet tal-massa se jibqgħu projbiti.