Barranin
New Zealand se jibdel il-liġi tal-armi wara l-attakki f’Christchurch

Il-Prim Ministru ta’ New Zealand, Jacinda Ardern qalet li l-kabinet tal-ministri qabel fil-prinċipju mat-tibdil fil-liġi tal-armi wara l-attakki f’Christchurch.

50 persuna nqatlu u għexieren oħra ndarbu fl-attakki li saru fiż-żewġ moskej nhar il-Ġimgħa.

L-Awstraljan Brenton Tarrant tressaq il-Qorti akkużat bi qtil.

L-attakki waslu għal sejħa ta’ riforma fil-liġi tal-armi, bil-Prim Ministru tgħid li l-liġijiet ser jinbidlu. F’konferenza tal-aħbarjiet wara laqgħa tal-kabinet hija qalet li ser tagħti dettalji dwar ir-riforma sal-25 ta’ Marzu.