Lokali
Nexia BT tiċħad li żammet informazzjoni mill-awtoritajiet

Il-kumpanija tal-awditjar Nexia BT fi stqarrija ċaħdet kategorikament li żammet informazzjoni mill-awtoritajiet.

B’referenza għall-artiklu li deher illum fil-ġurnal The Times of Malta bit-titlu ‘Nexia BT ‘withheld’ information related to Mizzi, Schembri from FIAU’, fi stqarrija, f’isem Nexia BT, Brian Tonna ċaħad li l-kumpanija żammet informazzjoni mill-awtoritajiet.

Huwa qal li l-kumpanija, kif dejjem stqarret, ikkoperat bi sħiħ mal-awtoritajiet u dan se tkompli tagħmlu fil-futur.

Is-Sur Tonna qal ukoll li l-kumpanija żammet lura milli tindirizza bi sħiħ l-allegazzjonijiet minħabba l-kunfidenzjalità tal-klijenti tagħha u l-obbligi tal-professjoni.

Il-kumpanija qalet ukoll li żammet lura wkoll b’rispett tal-inkjesti maġisterjali.