Barranin
Neymar akkużat bi stupru – iwieġeb pubblikament

L-istilla tal-futbol Brażiljana, Neymar da Silva Santos Júnior, qed jiġi akkużat bi stupru u vjolenza.

Il-mudella Najila Trindade qiegħda takkuża lil Neymar bi stupru u vjolenza f’lukanda f’Pariġi. Hija qed tallega li dan ġara fil-15 ta’ Mejju iżda ħarġet b’dawn l-allegazzjonijiet ftit tal-jiem ilu wara li għamlet rapport u dehret fuq programm.

Trinidade qalet li trid li titwettaq ġustizzja fil-konfront tagħha. Safrattant, il-kumpanija MasterCard waqqfet il-kampanja ta’ riklamar li kellha ma’ Neymar fid-dawl ta’ dawn l-allegazzjonijiet. Bħall-MasterCard, il-kumpanija tan-Nike ukoll esprimiet it-tħassib tagħha dwar il-każ.

Neymar pubblikament ċaħad l-akkużi kollha miġjuba kontrih filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha li qed ituh l-appoġġ f’dan il-mument diffiċli. L-avukata ta’ Neymar qalet li tinsab konvinta li se turi lid-dinja li Neymar huwa innoċenti u li safa’ vittma tal-ġrajja kollha.

Neymar għamel id-dikjarazzjoni bil-krozzi wara li weġġa’ l-għaksa f’logħba tal-Brażil kontra l-Qatar.

Trinidade min-naħa tagħha rilaxxat filmat li ġibdet li skontha, huwa prova biżżejjed ta’ dak li qed tallega.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ħaddiem ta’ ferrovija fiċ-Ċilì waqqaf il-vjaġġ ħesrem meta lemaħ xena mhux tas-soltu waqt li kien għaddej fuq il-binarji fil-belt Llay Llay. Filmat li ttieħed mill-ħaddiem stess juri kelb, li jidher…

Barranin

Keith Raniere ta’ 58 sena nstab ħati li għamel għadd ta’ nisa skjavi tas-sess permezz ta’ kult li kien imexxi fi New York, fl-Istati Uniti. Huwa nstab ħati wkoll ta’…

Barranin

Raġel ta’ 64 sena minn North Yorkshire, fir-Renju Unit, ġie arrestat fuq suspett li seta’ kien involut fil-mewt tal-futboler Emiliano Sala. Sala tilef ħajtu f’Jannar li għadda meta ġġarraf l-ajruplan…

Barranin

Il-President Ċiniż Xi Jinping jinsab fil-Korea ta’ Fuq biex jiltaqa’ ma’ Kim Jong-un, bit-tama li jissaħħu r-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi. Din hija l-ewwel żjara ta’ President Ċiniz fil-Korea ta’…

Aktar