Kurżitajiet
Neża’ l-kalzetti u spiċċa arrestat

Il-pulizija Indjana arrestat raġel wara li ħoloq argument fuq tal-linja bejnu u bejn il-passiġġieri l-oħra minħabba l-kalzetti jintnu li kien liebes.

Prakash Kumar ta’ 27 sena ġie arrestat wara li ħoloq fastidju pubbliku.

L-inċident seħħ meta Kumar neża’ ż-żarbun u l-kalzetti fuq tal-linja li kienet fi triqtha lejn Delhi. Il-passiġġiera lmentaw bir-riħa u talbu lil Kumar jerfa’ jew jarmi l-kalzetti  imma dan irrifjuta b’konsegwenza li saħnu l-irjus.

Il-passiġġiera talbu lis-sewwieq tax-xarabank biex iwaqqaf il-vettura quddiem għassa tal-pulizija fejn dawn irappurtaw lil Kumar.

Kumar ingħata libertà kundizzjonata.

 

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Xjentisti Amerikani qalu li r-riċerka wriethom li l-missirijiet jistgħu jgħaddu l-kanċer fl-għanqud tal-bajd (ovarju) lil uliedhom bniet. Nisa, li għandhom sfond ta’ kanċer fil-familja huma aktar suxxetibbli għar-riskju tal-kanċer fis-sider…

Kurżitajiet

F’ġurnata bieżla għax-xogħol mhux faċli ssib xi ħaġa ta’ malajr għal taħt snienek meta tifjakka. Anki jekk tkun preparajt jew xtrajt ikla bnina, xorta waħda hemm ċans li jaqbdek il-ġuħ…

Kurżitajiet

Pjaneta ġdida barra s-sistema solari tagħna ġiet skoperta permezz tat-teleskopju spazjali Kepler tan-NASA. Din il-pjaneta ddur madwar l-istilla Kepler-90, li hija simili għax-xemx, u tinstab 2,545 ‘light years’ ‘il bogħod…

Kurżitajiet

Studju tan-National Oceanic and Atmospheric Administration sab li l-kimika tal-fwejjaħ tagħmel ħsara daqs id-dħaħen tal-karozzi. Prodotti ta’ kuljum bħad-deodorant, il-fwejjaħ u s-sapun jarmu komponenti organiċi volatili (VOCs) li jirreaġixxu mad-dawl…

Aktar