Lokali
NGO Ingliża toffri s-servizz lill-Maltin li jridu jagħmlu abort, tirreaġixxi l-Life Network Foundation

Il-qasma bejn dawn favur u kontra l-abort tista tkompli tiħrax wara li n-NGO Ingliża, magħruf bhala Abortion Support Network ħabbret fi stqarrija li ser testendi s-servizzi tagħha f’Malta u f’Ġbiltà għan-nisa li jkunu jridu jagħmlu abort.

L-organizzazzjoni volontarja qalet li lesta tagħti anke appoġġ finanzjarju u l-informazzjoni u akkomodazzjoni lin-nisa li jkunu jridu jagħmlu abort li jkollhom bżonn jagħmlu dan f’pajjiż ieħor minħabba l-liġijiet ristrittivi tagħhom fuq l-abort. L-Organizzazzjoni qalet li taħdem mill-qrib ma’ kliniċi tal-abort f’diversi pajjiżi.

F’Malta, l-abort huwa illegali u l-organizzazzjoni Life Network Foundation għaddejja b’kampanja biex l-abort jibqa’ illegali f’Malta.

Fi stqarrija, il-Life Network Foundation esprimiet sens ta’ xokk li din l-organizzazzjoni qed toffri servizzi favur l-abort. Kompliet tgħid li bħala Fondazzjoni hija toffri servizzi biex tipprovdi appoġġ lin-nisa tul it-tqala biex jagħmlu l-aħjar għażliet għalihom u għat-tarbija tagħhom.

Osservat ukoll li l-organizzazzjoni baranija ma jimpurahiex mill-ħajja u ma toffri l-ebda għajnuna għar-riperkussjonijiet fiżiċi u psikoloġiċi tal-abort. Il-Fondazzjoni appellat lill-awtoritajiet biex jieħdu miżuri neċesarji biex jaraw li l-ħajjiet tal-ommijiet u tat-trabi mhux imwielda jiġu mħarsa mit-theddida tas-servizzi offruti mill-Abortion Support Network.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Arnold Cassola rriżenja minn Alternattiva Demokratika minħabba dawk li fisser bħala “differenzi bejnu u l-Kumitat Eżekuttiv tal- Alternattiva” dwar l-abort. Il-kwistjoni qamet nhar il-Ġimgħa li għadda bil-Professur Cassola jirreaġixxi għal…

Qorti

Ingħata l-libertà proviżjorja ż-żagħżugħ Libjan kunsidrat li kien il-moħħ wara l-ħtif ta’ ajruplan li tniżżel Malta jumejn qabel il-Milied tal-2016. Soko Moussa Shaha Ali ilu miżmum arrestat il-ħabs minn dakinhar….

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia wiegħed li gvern nazzjonalista ser jara li Għawdex ikun meqjus bħala gżira reġjun fil-kostituzzjoni biex l-Għawdxin ikollhom il-poter jiddeċiedu fuq il-ħtiġijiet tagħhom. Huwa…

Aktar