NGOs isibu lil xulxin bil-facebook

Il-Ministru Helena Dalli qalet li kumpaniji kbar multinazzjonali bħall-Microsoft jistgħu ikunu sieħba importanti mal-gvern u ma’ għaqdiet mhux governattivi fil-ġlieda kontra l-inugwaljanza u l-esklużjoni soċjali billi jqajjmui kuxjenza fuq suġġetti importanti bħas-saħħa, id-drittijiet tal-bniedem, il-kultura u l-isport. Il-Ministru Dalli kienet qed titkellem fit-tielet edizzjoni tal-NGO Connection Day.

Ħames żgħażagħ huma r-rebbieħa ta’ kompetizzjoni organizzata bejn tmien timijiet differenti biex jingħażel l-aktar business plan addattat li jista jitħaddem mis-settur tal-volontarjat.

Iż-żgħażagh li jattendu l-kulleġġ Saint Martins ngħataw ftit sigħat biex jiddiskutu; jfasslu u jispjegaw il-proġett rebbieħ li ngħażel mill-ġurati.

Dan kien jinkludi l-ħolqien ta’ application li għandha tgħin organizzazzjonijiet volontarji u persuni interessati li jagħmlu xogħol volontarju biex isibu lil xulxin fuq facebook.

Il-ħames studenti li jattendu l-kulleġġ ta Saint Martins, irnexxielhom ifasslu l-pjan YNOT li juża dawn il-mezzi ta’ media soċjali biex jattira aktar volontiera lejn dan il-qasam.

Mauro Pace Parascandolo mis-settur tal-volontarjat spjega li l-pjan huwa effettiv għax fis-sempliċità tiegħu jikkomunika b’mod effettiv u jgħaqqad lill-komunita tal-volontarjat. Huwa qal li l-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat se jkun qed jaħdem fuq din l-idea biex jiżviluppaha din is-sena stess.

Waqt it-tielet edizzjoni tal-NGO Connection Day organizzata mill-kumpanija Microsoft, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali Helena Dalli, faħħret l-impenn tal-kumpanija Microsoft lil tat software lill-organizzazzjonijiet volontarji.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

L-ewwel parti tal-proġett tas-Central Link li se tkun lesta hi dik minn quddiem il-ħruġ, faċċata tal-Palazz ta’ Sant’Anton sa Wied Inċita f’Ħ’Attard. Il-Ministru Ian Borg qal li din il-parti mistennija…

Ekonomija u Finanzi

Diversi kumpaniji lokali li għandhom l-ishma u l-bonds tagħhom ikkwotati fil-borża fl-aħħar jiem infurmaw lis-suq bil-pożizzjoni tagħhom, anke biex iserrħu moħħ l-investituri dwar l-investiment tagħhom. Il-borża ta’ Malta, bħas-swieq finanzjarji…

Kronaka

Filmat li kiseb TVM juri parti mill-vjaġġ tat-trakk li llum għamel ħerba fil-Mellieħa wara li laqat minn tal-anqas ħames vetturi oħra. It-trakk, misjuq minn raġel ta’ 29 sena, jidher isuq…

COVID-19

Minn din il-ġimgħa, l-iskype beda jintuża fil-ħabs biex priġunieri jagħmlu kuntatt limitat u b’ħarsien tar-regolamenti mal-familjari. Il-miżura tikkumpensa d-deċiżjoni li minħabba l-imxija tal-coronavirus, il-qraba ma jistgħux iżuru lill-priġunieri. Fil-ħabs qed…

Aktar