NGOs jilqgħu d-diskussjoni dwar żieda fil-paga minima

Il-Kampanja Paga Minima Diċenti, li fiha qed jipparteċipaw numru ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi, esprimiet soisfazzjon għall-fatt li bdiet issir diskussjoni dwar il-possibilità li tiżdied il-paga minima.

Il-Kampanja qalet li l-argumenti tal-ekonomisti waqt din id-diskussjoni, li saret waqt laqgħa tal-MCESD ilbieraħ, mhux biss ma jikkontradixxux l-argumenti u l-konklużjonijiet tagħha imma pjuttost isaħħuhom.

Il-Kampanja Paga Minima Diċenti qalet li tilqa’ wkoll il-proposta li saret u li ġiet appoġġata miż-żewġ ekonomisti Gordon Cordina u Lino Briguglio biex jiġi mwaqqaf kumitat konsultattiv li jkun jaqa’ taħt l-MCESD.

L-organizzazzjonijiet li qed jipparteċipaw fil-Kampanja huma: Aditus Foundation, Alleanza Kontra l-Faqar, Caritas, Forum Bormliż, Integra Foundation, Koperattiva Kummerċ Ġust, Malta Humanist Association, Malta Microfinance, Mid-Dlam għad-Dawl, Millennium Chapel, Moviment Graffitti, Paulo Freire Institute, Peace Lab, The Critical Institute, Third World Group and Żminijietna – Voice of the Left.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se terġa’ tikkollabora ma’ DJ Tenishia għal kunċert bla ħlas, is-Sibt 25 ta’ Lulju, fi Pjazza San Ġorġ il-Belt. Il-kunċert TEMPO se jġedded il-memorja ta’ ħafna…

Infrastruttura

Malta miżgħuda mini li tul is-snin tħaffru għal skopijiet differenti, fosthom għall-produzzjoni tal-ilma tal-pjan. L-aktar popolari x’aktarx huma dawk f’Ta’ Kandja, iżda inqas magħrufa u x’aktarx isbaħ minħabba l-istat naturali…

Sport

Il-Covid-19 ħarbtet il-programm ta’ għadd ta’ attivitajiet sportivi, mhux l-anqas tad-dilettanti tal-karozzi. Is-Sibt li għadda, taħt dawl artifiċjali u b’żiffa ħelwa sajfija, mijiet inġabru fit-trakka tal-Assoċjazzjoni Sport Muturi Karozzi biex…

Politika

Id-deputati li stqarrew li m’għandhomx fiduċja f’Adrian Delia qalu li se jibqgħu determinati li jġibu l-bidla meħtieġa fil-Partit Nazzjonalista u fil-pajjiż. Qalu li għat-tieni darba f’ġimgħa ġie kkonfermat li Dr…

Aktar