Mużika
NGOs tal-annimali se jingħataw fondi li se jinġabru waqt kunċert fil-Girgenti

L-għaqdiet volontarji li jieħdu ħsieb l-annimali abbandunati ser jerġgħu jkunu l-benefiċjarji tad-donazzjonijiet li ser jinġabru f’edizzjoni oħra tal-kunċert Classics Under the Stars. Il-Palazz tal-Girgenti, li jservi bħala r-residenza tal-Prim Ministru, ser jerġa’ jiftaħ il-bibien tiegħu għal lejla ta’ mużika f’dan il-kunċert fis-26 ta’ Lulju li ġej.

Wasal mill-ġdid l-appuntament annwali tal-kunċert Classics Unders the Stars fil-Palazz tal-Girgenti.

Organiżżat mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, is-Sinjura Michelle Muscat spjegat li l-kunċert huwa b’xejn iżda d-donazzjonijiet li se jinġabru jmorru biex jiġu mgħejjuna għaqdiet volontarji li jaħdmu b’risq l-annimali.

Michelle Muscat qalet li “naħsbu f’min m’għandux vuċi, l-annimali u anke l-klieb fis-santwarji li tant jieħdu ħsieb klieb li huma abbandunati imma li ukoll għandhom bżonn ċertu ammont ta’ fondi u għalhekk dal-kunċert iġib kuntentizza anke f’dawn il-ġranet sbieħ tas-sajf fil-Palazz tal-Girgenti li wkoll ikun miftuħ għall-pubbliku”.

Classics Unders the Stars taht id-direzzjoni tas-surmast Michael Laus jagħlaq l-istaġun tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali. Maestro Laus qal li ġew mistiedna t-tenur Cliff Zammit Stevens u l-baritono Miguel Rosaris.

Maestro Michael Laus qal li “se ndoqqu mużika li għalkemm tissejjaħ klassika hija waħda aċċessibli bħal Waltzes ta’ Johann Strauss, siltiet mill-operetta The Merry Widow u anke mużika Spanjola li kif nafu hija mużika attraenti u kulurita ħafna.”

Għall-kunċert fil-Girgenti jistgħu jattendu sa 1,200 ruħ u l-biljetti jistgħu jinġabru mill-ufficcju tal-Prim Ministru fi Triq San Pawl, il-Belt Valletta.

 

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Il-kantanta żagħżugħa Ela għaddejja ġmielha bl-impenji u t-tħejjijiet li qed tagħmel bħalissa għall-Junior Eurovision Song Contest 2018 fil-Belarus.   Il-kanzunetta ‘Marchin’ On’, miktuba minn Cyprian Cassar u Emil Calleja Bayliss.  …

MIA

It-talba tad-Dipartiment Malti tad-Dwana biex jinxtara vann tal-x-ray għall-bagalji ntlaqgħet mill-OLAF. Fi stqarrija d-Dipartiment tad-Dwana qal li kien għamel din it-talba għall-fondi taħt il-programm Hercule III. Dan il-vann ġdid mistenni…

Kultura

Erba’ tfajliet żgħażagħ fl-iskola sekondarja jagħmlu mħatra bejniethom dwar liema tfajla jirnexxielha tinqabad tqila l-ewwel mill-attur magħruf Nate Cross. Din hija t-trama tal-film ‘Ħabbilni Ħa Nirbaħ’ li juri kif l-azzjonijiet…

Kultura

Għaċ-ċelebrazzjoni tal-Ewwel tas-Sena, Għawdex se jkollu lill-artist ta’ fama internazzjonali Jonas Blue biex iżewwaq is-serata u jagħti merħba lis-sena l-ġdida fil-pjazza ewlenija tal-Belt Victoria. L-artist Jonas Blue se jagħti spettaklu flimkien mall-band Għawdxija The…

Aktar