Nhar il-Ħadd il-11-il edizzjoni tal-Fun Run

Kollox jinsab lest għall-11-il edizzjoni tal-Fun Run imtella’ mill-Uffiċju tal-President b’risq il-fondazzjoni Malta Community Chest Fund. Jidher li t-temp se jippermetti nhar il-Ħadd li ġej, wara li l-Fun Run kellha titħassar minħabba l-maltemp.

Il-Parteċipanti se jitilqu minn erba’ lokalitajiet, mir-Rabat bil-ġiri, u bil-mixi minn Raħal Ġdid, minn ħdejn l-Università ta’ Malta, u minn Santa Venera. L-erba’ gruppi jingħaqdu flimkien fl-inħawi tal-Blata l-Bajda biex ikompli fi triqthom għal Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta f’manifestazzjoni ta’ solidarjetà u għada għal għan wieħed, dak li jkun ta’ għajnuna nies vulnerabbli jew li jsibu ruħhom fi kriżi fil-ħajja.

Il-kelliem għall-Uffiċċju tal-President Norma Saliba ħeġġet biex mal-mijiet li kienu diġà impenjaw ruħhom għal Fun Run f’Novembru jissieħbu magħhom oħrajn.

“Dawk li m’għandhomx t-shirt jistgħu jakkwistaw wieħed għal donazzjoni ta’ €10 billi jiġu l-Palazz ta’ San Anton, il-Kitchen Garden, mill-Kumplessi Sportivi kollha ta’ Ħal Kirkop, il-Kottonera, tal-Qroqq, ta’ Kandja, u anke Għawdex u mid-9 ta’ filgħodu sal-4 ta’ waranofsinhar se jkun hemm stand fid-daħla tal-Belt. Min se jħalli għall-aħħar qabel ma tibda l-Fun Run f’kull rotta se jkun hemm il-bejgħ ta’ dawn it-T-Shirts.”

Mrs Saliba kompliet tispjega li l-Uffiċċju tal-President ħadem ma’ diversi entitajiet fosthom il-Pulizija u l-Forzi Armati biex isiru l-arranġamenti meħtieġa fosthom tat-traffiku. Hi rrakkomandat li kull min se jipparteċipa jkun fil-post fid-9.15 ta’ filgħodu u l-parteċipanti jużaw it-trasport pubbliku.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Ġew inawgurati żewġ bowsers state of the art li jitrattaw id-drenaġġ. Dan bħala parti minn proġett maġġuri tal-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma, iffinanzjat minn fondi Ewropej. Dawn il-bowsers huma l-aħħar żieda mal-flotta…

Politika

Il-Kap tad-Dipartiment għall-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, Glenn Micallef, spjega li l-Kummissjoni Ewropea għamlet il-proposta tagħha dwar id-daqs tal-budget tal-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin li ġejjin. Din il-proposta kienet…

Kultura

L-istazzjon nazzjonali se jkun qed ixandar l-iskeda sħiħa tal-Karnival ta’ din is-sena. Dawn huma l-ħinijiet tax-xandiret tal-Karnival: Is-Sibt 22 ta’ Frar  – Il-Karnival tat-Tfal mid-09:25 sa 12:00 fuq TVM2 Is-Sibt…

Unjoni Ewropea

It-tranżizzjoni klimatika inkorporata fil-Patt Ekoloġiku hija imperattiv etiku kif ukoll opportunità ekonomika. Jeħtieġ li nadattaw il-mod kif nipproduċu u nikkunsmaw biex nipproteġu ’l saħħitna u l-benesseri tagħna u nħarsu l-pjaneta…

Aktar