Politika
“Nibqa’ sensittiv għall-karba tan-nies” – il-PM dwar l-immigrazzjoni

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela qal li fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni hu senisttiv għall-karba tan-nies, sema’ lin-nies jitkellmu u jrid jkun hu li jagħti r-risposti. Dr Abela qal dan meta kien qed jiġi intervistat fi programm fuq ONE TV u spjega kif soluzzjoni għall-problema sħiħa ma hemmx u talab lill-poplu biex ikun warajh fuq il-fatt li l-ħajja għandha tirbaħ.

Intervistat fuq ONE Television, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela qal li fl-immigrazzjoni hu sensittiv għall-karba tan-nies. Qal li jippreferi jkun onest u ma jintgħoġobx dejjem, imma spjega li soluzzjoni għal problema sħiħa tal-immigrazzjoni ma hemmx.

Dr Abela qal li din mhix problema li l-pajjiż qed iħabbat wiċċu magħha għall-ewwel darba u rrefera għaċ-ċifri għal Awwissu, li kull sena juru żieda fl-ammont ta’ immigranti li jidħlu f’pajjizna. Sostna li l-ammont ta’ immigranti li daħlu minn Marzu sallum hu inqas minn dak tas-sena ta’ qabel. Il-Prim Ministru qal li l-għażla li jkollu hi bejn li jħalli 70 persuna tegħreq u jkun responsabbli għall-qtil tagħhom, jew li jsalvahom. Il-Prim Ministru qal ftit inqas min-nofs immigranti li ġew salvati waqt il-Covid qegħdin f’izolament.

Dr Abela talab lill-poplu biex f’dan kollu jkun warajh għax il-ħajja għandha tirbaħ. Qal li jeħtieġ jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa sakemm ikollna vaċċin. Qal li dan hu mument li fih għandha tirbaħ l-għaqda nazzjonali.

Aħbarijiet Oħra

Studju maħruġ minn diversi esperti Maltin fil-qasam tas-saħħa fosthom il-Professur Charmaine Gauci, jgħid li Malta qed tesperjenza t-tieni mewġa ta’ Covid-19 kawża ta’ żewġ avvenimenti tal-massa li saru fis-sajf. Fl-istudju…

Il-Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, permezz tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi, bħalissa għaddej b’sejħa ta’ reklutaġġ ghal Compliance Officers ġodda, dan bil-għan li d-Dipartiment isaħħaħ l-infurzar sabiex dejjem aktar nassiguraw li…

Ħamsin sena ilu Villa Bighi ntużat għall-aħħar darba bħala sptar, wara 167 sena ta’ servizz kontinwu. Wirja permanenti fiċ-ċentru interattiv għax-xjenza l-Esplora tikkomemora l-perjodu meta l-binja kienet isservi bħala l-isptar…

Aktar